Telfa walkover u punt imnaqqas għal Napoliby Aleandro Bartolo
Napoli ngħataw telfa walkover ta’ 3-0 u punt imnaqqas fil-klassifika tas-Serie A. L-Imħallef tal-Isports, wara li fela d-dokumenti kollha mressqa lilu b’rabta ma’ Juventus-Napoli, wasal għal din id-deciżjoni. Skont l-Imħallef id-dokumenti ma jippruvawx li kien hemm “kawża ta’ forza maġġuri” li ma ppermettiex lil Napoli jmorru Turin għall-partita. Ġie nnutat ukoll li d-dokumenti tal-ASL u l-awtoritajiet lokali l-oħra taw istruzzjonijiet li ma kinux imorru kontra l-Protokoll tal-FIGC. Barra minn hekk l-ASL ordnat għall-ewwel li jitpoġġew f’iżolament il-kuntatti “stretti” tal-plejers pożittivi u wara talba mingħand Napoli stess, l-ASL iċċarat dakinhar tal-partita stess is-sens tarl-istruzzjonijiet li tat. Dawn l-istruzzjonijiet, fl-interpretazzjoni tal-Imħallef, ma jistgħux jinqraw bħala ordni biex Napoli ma jmorrux Turin. Għaldaqstant, fid-dawl ta’ dan kollu, Napoli ngħataw telfa walkover u se jitilfu punt fil-klassifika.
Matthew Scerri