Qatt ma ġrat das-sekluby Matthew Scerri
L-aħħar darba li Juventus għelbu lil Fiorentina f’partita tas-Serie A fl-iStadio Artemio Franchi ta’ Firenze kien fl-1 ta’ Diċembru 1998 (dakinhar Juventus rebħu 3-0). Fl-aħħar erba’ partiti bejn Juventus u Fiorentina f’darhom kellna tliet draws u telfa għall-Bianconeri. L-aħħar darba li ġrat ħaġa bħal din, jiġifieri Fiorentina bla telfa f’erba’ partiti konsekuttivi tas-Serie A f’Firenze, kien bejn l-1996 u l-1999. F’dawk is-snin Fiorentina ghelbu darbtejn lil Juventus u darbtejn oħra ġew draw.
Matthew Scerri