REBHA KONTRA KULL KURRENTby Pierre Borg
Ir-rebha kontra fiorentina hija mportanti mhux biss biex nkomplu telghin il-fuq fil-klassifika wara li tefawna kwazi fil-qiegh, izda hija rebha wisq aktar importanti ghaliex jidher li dahlet lura certa mentalita u certa certezza li minkejja l-hsara u l-ghodju li gej minn kullimkien nistaw nohorgu aktar b’sahhitna milli konna.
Fiorentina bhas-soltu kienu avversarju difficli, dawn jghixu u jezistu ghal zewg loghbiet fis-sena, dawk kontrina! Mentalita miskina insejhila jien. Bhas-soltu rajna attitudni agressiva u baxxa mil-players vjola li mal-ewwel minuta bil-protesti taghhom gabu l-ammonizzjoni ta’ Rabiot ma’ l-ewwel intervent tieghu.
Fl-ahhar wasal il-mument li konna ilna nistennew dak li naraw it-tlett attakkanti fkimkien; di Maria, Vlahovic u Chiesa u nista nghid li bdejna naraw dak li ilna nixtiequ igifiri heffa, invenzjoni u fantasija fil-loghob taghna u ghalkemm Chiesa rega ma’ kienx dak tas-soltu xorta jsahhah hafna lit-tim fl-attak.
Ghalkemm xorta bqajna bil-problema ta’ hafna passes hziena xorta qed nara players bhal Locatelli u Rabiot li donnom ziedu hafna aktar fil-livell tal-loghob taghhom. Maghhom inzid ukoll lil Bremer u Danilo li kienu verament sodi fuq wara.
Naturalment ma nistghux ma nitkellmux fuq ir-referee tul l-andament tal-loghba kollha u l-mod kif qed nigu trattati minn kullimkien u kemm qed jaghmlu minn kollox biex kemm jista jkun ma’ jizbaljawx favur il-Juventus! Kif ktibt aktar qabel bil-protesti platejali tal-players fiorentini li kienu huma li ikkonvincew lir-referee biex juri safra lil Rabiot wara biss minuta. Izda fawl ta’ tkeccija ta’ Bonaventura fuq di Maria li tah biss safra u l-var bhas soltu rieqed! L-istess Bonaventura jaghmel fawl ikrah iehor fuq Rabiot u kollox baqa ghaddej.
Imbghad xi nghidu ghal mod differenti kif jaraw u jiggudikaw l-affarijiet. Nibdew mill-gowl ta’ Vlahovic li thassar fi ftit sekondi minghajr ebda dubju! Izda meta gejna ghal gowl ta’ Castrovilli li deher mil-ewwel li qabel kien hemm fawl fuq Locatelli barra offside ukoll. Il-var intervjena izda inkredibbilment ir-referee mar jiccekja ghax ma’ fdax lil var u r-raguni li ta kienet l-offside biss u mhux il-fawl fl-istess azzjoni! Ghalhekk jidher bic-car li bhalissa madwarna nfern kullimkien.
Din is-sitwazzjoni zgur mhux facli ghalhekk nispera li dan l-ambjent idahhal aktar determinazzjoni fil-players taghna biex nkomplu telghin il-fuq fil-klassifika u naraw x’ser jigri mil-qrati li aktar kemm jghaddi zmien aktar jinkixfu li dawn mhux qrati imma stadiums u curva ta’ napli . Bil-malti nsejhula karnivalata totali!
FORZA JUVE DEJJEM