REBHA MERITATAby Pierre Borg
Lura fl-ewropa u wara deluzjoni fil-kampjonat. Il-loghbiet kontra Benfica dawn l-ahhar snin qatt ma’ kienu xi haga facli ghalina u anka f’din il-partita kellna hafna diffikultajiet biex hadna l-inizjattiva f’idejna.
Fl-ewwel taqsima konna pjuttost monotoni fil-loghob taghna u fl-opinjoni tieghi b’Mckennie mal-linja u Miretti avvanzat konna wisq prevedibbli u ftit irnexxielna nohorgu bil-ballun u filfatt Benfica bis-soltu heffa taghhom u players kapaci fil-pusess u tqassim tal-ballun, qabduna kemm il-darba bil-kontratakk.
Fit-tieni taqsima bid-dhul ta’ Conceicao minflok Miretti mal-hin bdejna gejjin ghalkemm bis-soltu difetti ta’ tqassim hazin kawza ta’ nuqqas ta’ kwalita sakemm wasal il-gowl tal-vantagg meta Khephran Thuram nifed id-difiza ta’ Benfica b’xutt tajjeb li tefghana fil-vantagg.
Din l-azzjoni fethitli l-ferita tat-telfa kontra Cagliari u kemm kellna bzonn lil Thuram mill-bidu tal-partita, imma li kien kien u li sar sar. Irdupjajna l-vantagg permezz ta’ Weston Mckennie player li kif isib postu fil-midfield qed ikun decisiv kull darba apparti l-generozita tieghu f’kull partita.
U la qeghdin nitkellmu fuq generozita ma’ nistax ma’ nsemmix lil Manuel Locatelli li tant nikkritikaw izda l-generozita tieghu spikkat kontra Benfica, rajnieh u sibnih kullimkien anka bhala difensur centrali jghin lil Bremer u salva azzjonijiet perikoluzi kemm il-darba. Ghalija l-player tal-loghba.
Tlett punti mportanti li zgur ser jitfawna fil-play offs u naraw x’ser jigri jekk nirbhu l-loghba li jmiss kontra Monaco.
Sadanittant nhar il-hadd lura ghal kampjonat u loghba ohra decisiva kontra Napoli.
FORZA JUVE DEJJEM.

