REBHA MINIMAby Pierre Borg
Rebha minima kontra PSV eindhoven izda mportanti. L-istess PSV li fl-ewwel partita ewropeja ta’ l-istagun konna rbahna bi skor ta’ 3-1 u b’ wirja konvincenti.
Il-partita tal-bierah fl-opinjoni tieghi kien hemm bosta affarijiet pozittivi ghat-tim taghna, ezempju kont ili ma’ nara bidu ta’ partita b’determinazzjoni u pressing offensiv fejn anka konna vicin li nifthu l-iskor kmieni fil-partita. Bosta players kienu tajbin fil-prestazjoni taghhom bhal ezempju Mckennie li bhal dejjem kull fejn jilghab jaghti dak kollu li jaf u filfatt morna fil-vantagg b’xutt sabih tieghu u nista nghid li sa dak il-hin kien haqna bil-kbir.
Rajt prestazjoni ta’ Douglaz Luiz li ghalkemm jista jkun hafna ahjar kien itjeb mis-soltu u aktar fil-partita, l-akkwist il-gdid Veiga li donnu kull partita qed jiehu aktar kunfidenza ma’ shabu u mexxa tajjeb id-difiza.
Bhas-soltu wirja generuza ta’ Federico Gatti ukoll li kemm il-darba ha l-inizjattiva jibda l-azzjoni u jghin anka fl-attakk. Hasra li ma’ l-ewwel zball jew aljenazjoni u anka sfortuna qalajna l-gowl ta’ dro minn Perisic ex inter player iehor li kull meta jarana jsir qisu xi maradona. Konvint li kieku ma’ qlajniex dak il-gowl ir-rizultat kien ikun hafna ahjar milli hu ghalina. Kien gowl verament zvinturat li minn devjazjoni gie ezatt f’saqajn Perisic li b’xutt fir-rokna gab id-dro forsi b’Di gregorio ftit responsabli.
Minn hemm sar it-tibdil u d-dhul ta’ Thuram u Koopmeiners u ergajna bdejna nippressaw u natakkaw lil PSV sakemm wasal il-vantagg misthoqq minn Mbangula li minn cross ta’ Conceicao kien pront quddiem il-lasta tefa fix-xibka biex ghalmenu niehdu rizultat minimu maghna go l-Olanda.
Nittama li din id-darba l-fortuna tghina u l-gimgha d-diehla mhux biss nzommu dan ir-rizultat izda ngibu wkoll rizultat massimu li bih inkomplu navvanzaw fl-ewropa. Li zgur huwa li ahna bhala skwadra hafna ahjar minn PSV u ma’ ghandniex ghalfejn inkunu mbezzghin minnhom izda bhal kull partita jehtieg inkunu koncentrati ghaliex ma’ l-anqas zball qeghdin inhallsu qares ghalih.
Sadanittant
FORZA JUVE DEJJEM