REBHA MQANZHAby Pierre Borg
Hekk kienet ir-rebha tal-bierah xejn hlief imqanzha ghalkemm konna hafna ahjar mis-soltu. Tal-inqas rajna sugu ta’ xi haga u daqsxejn ta’ velocita fil-manuvra tal-loghob ghalkemm tibqa tirrenja t-traskuragni ukoll imma dejjem qed nikkonferma aktar li din tista tkun gejja mill-pressjoni kbira li ghandom fuqom il-players wara serje ta’ rizultati u prestazzjonijiet xejn tajba li kellna fix xahar ta’ April.
Qabel nibda naqsam l-opinjonijiet tieghi maghkom rigward il-loghba xtaqt naqsam il-hsieb tieghi maghkom rigward mattia de Sciglio u l-injury gravi li kellu l-bierah. Naturalment mhux ha noqghodu ninhbew li de Sciglio mhux xi player favorit taghna izda f’dawn l-affarijiet zgur li ghandom jintesew kull tip ta’ kritika u x’tip ta’ player huwa fil-pitch. Mattia de Sciglio huwa player ta’ Juventus daqs l-ohrajn u ghalhekk zgur li qatt ma’ jigru injuries gravi bhal dawn lil hadd anqas lill-players avversarji ahseb u ara lil taghna. Nawguraw lil Mattia li fit-triq twila tal-fejqan li qed tistennih ma’ ndumux ma’ narawh lura disponibli ghal loghob.
Nigi ghal partita. Kif ghidt xi haga ahjar mis-soltu rajna fit-tim u alahares le. Konna pjuttost veloci f’hinijiet u ergajna traskurati immens f’hinijiet ohra. Fl-ahhar wasal gowl li fetah partita li kien jidher li ser tkun difficli biex nippenetraw difiza avversarja u minn free kick perfett ta’ Paredes ftahna l-iskor xi haga li dan l-istagun ftit grat ghajr ghal Milik kontra cremonese. Dawn it-tip ta’ gowls ftit kellna minnhom dan l-istagun illi meta anka ma’ tkunx tajjeb jew ma’ tkunx tista tiskorja b’xejn jaqalawk mil-hama u kapaci tirbah loghba hekk. Qed niftakar ukoll fil-bidu ta l-istagun Vlahovic ukoll skorja darbtejn permezz ta’ free kicks dan it-tip.
Semmejt lil Vlahovic li fl-ahhar irritorna ghal gowl wara hafna zmien u kien mhux biss gowl decisiv izda kien gowl meraviljuz u j’alla jkun il-bidu gdid ghal Vlahovic f’dawn lahhar ftit loghbiet li fadal importantissimi. Ghadu mhux il-Vlahovic li nafu ahna imma l-attakant meta ma’ jsibx ix-xibka ghal tul ta’ zmien rajna kazi ohrajn bhal dan li jaqaw taht pressure u xejn ma’ jibda jigi sew. Nota pozittiva regaw kienu Fagioli u Miretti li kellhom partita pjuttost generuza u tajba. Naturalment Fagioli jrid ikun aktar deciz u preciz fit-tqassim tieghu ghaliex ukoll ghamel zewg passes hziena li setghu kienu fatali ghalina. Miretti l-istess, generuz, player tajjeb izda jrid ikun aktar lucidu taht il-lasta fejn falla bosta okkazjonijiet u anka thassarlu gowl bil-var (ghax il-bierah beda jahdem!)
Naturalment jekk ma’ nikkumplikawx ruhna ma’ nkunux il-Juventus u ergajna dahhalna lil lecce fil-partita bil-penalty li ghamel Danilo li kien simili ghal dak li ghamel Bremer fil-coppa italia kontra l-inter. Konna sfortunati li ma’ sibnix it-tielet gowl permezz ta’ l-istess Danilo li laqat il-lasta u bosta kontrattakki li ma’ sfruttajniex sew. Nahseb li kulhadd innota ir-ritorn ta’ Pogba; ghalkemm jidher tqil fizikament hafna, xorta ghandu kwalita kbira f’saqajh u vizjoni tal-loghba u kemm ghena fl-ahhar hinijiet tal-partita biex nitilghu bil-ballun u jghaddi l-hin xi haga li ili nghid kemm konna neqsin minna dan l-istagun u Pogba kien il-player li gibnih ghalhekk.
Fl-ahhar nett ghalkemm batejna u kellna test iehor tal-qalb kollha kemm ahna l-aqwa li gew it-tlett punti ghaliex aktar ma’ ntellghu punti aktar ahjar u nipprova ma’ niftakarx kemm armejna punti u stajna konna facilment it-tieni post komdi! Nistennew u naraw!
FORZA JUVE DEJJEM