Rebha Soffertaby Pierre Borg
Wara l-partita fl-Europa League kontra Friburgo b’rebha konvincenti fejn anka stajna hrigna bi skor akbar, il-bierah irritornajna ghall-kampjonat b’loghba sofferta kontra sampdoria li kellom 8 players nieqsa u jinsabu fi triq lejn serie B certa.
Kellna bidu tajjeb hafna ghalkemm ma’ qbiltx assolutament ma’ l-ghazla ta’ Allegri li bdejna bi Vlahovic biss quddiem b’Miretti warajh li ghalkemm kellu loghba tajba zgur li player bhal Soule kien jaghti aktar fantasija fuq quddiem u kwalita kif filfatt rajna fil-final tal-partita. Kif diga ktibt kellna bidu tajjeb u morna fil-vantagg doppju ma’ l-ewwel minuti tal-loghba u kulhadd inkluz jien hsibna li ser ikollna partita trankwilla u nirbhuwa fil-wisa izda xejn minn dan u t-tim taghna bhas-soltu ra kif jikkomplika l-partita u jgiba difficli qisna konna qed nilghabu ma’ xi real madrid!
Sampdoria f’temp ta’ 2 minuti gabu dro b’zewg azzjonijiet fejn id-difiza taghna letteralment ma’ kinitx taf fejn qeghda bi zbalji banali u nuqqas ta’ koncentrazzjoni bi players li filli jibdew jilghabu tajjeb, u filli jaqaw f’hinijiet ta’ rqad totali; ezempju Bremer u Danilo li filli jkunu mostruzi fil-loghob taghhom filli jkunu letteralment soft fid-dahliet taghhom u ma’ l-attakanti avversarji. Imbagħad xi nghidu ghas-soltu de Sciglio li fil-gowl tad-dro tilef kompletament il-marking li suppost kien qed jaghmel, biex ma’ nzidx lil Bonucci li jidher car li wasal fi tmiem ta’ karriera li hafna minna grazzi ghal Chiellini u Barzagli ghola f’livell u waslitu fej waslitu.
Nota pozittiva rega kien Nicolo Fagioli, player meraviljuz li aktar kemm qed jilghab aktar qieghed jirfina u jsir wiehed mil-leaders ta’ dan it-tim bil-midfield kollu f’idejh. Barranchea ukoll jidher li ghandu futur izda jidher li l-emozjoni li gie integrat fl-ewwel tim ghada tafettwah filfatt gie mibdul minn Locatelli u fit-tieni taqsima rajna differenza flimkien mad-dhul ta’ Cuadrado li ghalkemm ma’ ghadux li kien xorta bid-dribbling u l-esperjenza tieghu zidna fil-velocita u pressing fuq sampdoria u filfatt laqat il-lasta, ixxuttja kemm il-darba u gab il-penalty ukoll li gie fallut minn Vlahovic.
Fuq Vlahovic xtaqt nesprimi ftit ruhi ukoll. Jien wiehed milli nikkritikah, hafna ukoll, izda l-bierah personalment rajtu hafna ahjar mis-soltu fejn ma’ Friburgo kien vera deludenti. Ma’ ninsewx il-fatt illi l-player kellu l-pubalgijja u ma’ nafux jekk fieqx ghal kollox, inzid ukoll li meta attakant ma’ jibdix isib ix-xibka l-pressjoni tibda tizdied u biex tghaxxaqa falla l-penalty li seta serrahna hafna qabel mentalment mir-rizultat sakemm fl-ahhar minuti wasal ir-raba gowl li ukoll kien protagonist fih fejn laqat il-lasta qabel Soule tefa l-ballun fix-xibka. Vlahovic huwa patrimonju ta’ Juventus u ghalih gew investiti hafna flus u tkun hasra jekk dan il-player ma’ johrogx minn dan il-mument.
Fl-ahhar nett rigward injuries li ma’ jridux ihalluna fil kwiet, kull loghba nitilfu l-players u fl-aktar mumenti mportanti ta’ l istagun. Il-bierah waqaf Bremer ukoll nisperaw li ma’ ghandu xejn gravi ghaliex fid-difiza u fl-attakk jidher li ma’ tantx fadal ghazliet x’taghmel u gejjin 2 loghbiet jaharqu aktar min-nar kemm fl-ewropa wisq aktar fil-kampjonat. Inutli niddiskuti fuq Pogba! Kliem ma’ fadallix fuqu nhalli lilkom tesprimu l-opinjonijiet taghkom!
FORZA JUVE DEJJEM