REBHA SOFFERTAby Pierre Borg
Rebha sofferta anzi soffertissima imma kif jghidu l-aqwa it-tlett punti u li qeghdin hemm ma’ ta’ fuq 2 punti biss taht Inter u dan kien pass iehor importantissimu biex nibqghu sodi fl-ewwel 4 postijiet tal-klassifika u l-boghod mill-hames post biex season iehor nkunu fl-ewropa li tixirqilna u li serqulna dan l-istagun.
Kif ktibt fit-titlu kienet rebha sofferta prattikament b’xutt wiehed gol-lasta li bih irbahna l-partita, izda bhalissa ma’ nistennix aktar minn hekk ghaliex bin-nuqqasijiet li hemm fil-midfield aktar qed insofru l-agressivita ta’ l-avversarji li qed ikollhom aktar kwalita biex jibnu l-azzjoni taghhom. Tafu li jien wiehed minn dawk li dan l-ahhar kont nikritika hafna l-attegjament wisq difensiv tat-tim taghna izda ghiduli bhalissa bil-kazijiet Pogba u Fagioli kif nistghu jkollna ftit kwalita fil-midfield li tant ghandna bzonn biex nitimaw l-attakanti taghna u niskurjaw izjed.
Ma’ kinitx facli li bid-diffikultajiet li ghandna bhalissa tmur go Firenze u tirbah l-partita. Qieghed niehu gost li dahlet certu ghaqda fil-players u certa certezza li naturalment rebha wara ohra iggib maghha. Sorprendenti player bhal Mckennie li qieghed jissagrifika ruhu mal-linja u prattikament qieghed ikun perfett u jaghti kollox sa l-ahhar.
Player iehor li minn mindu dahal ma’ l-ewwel hdax kien strumentali huwa Rugani, player li minghajr hafna ghajjat u xenxilli u spiss kritikat ukoll li m’huwiex ta’ Juventus, meta nigu bzonnu dejjem sibnih lest biex jaghti sehemu u kien wiehed mill-aqwa players f’dawn lahhar loghbiet.
Nigi ghall-attakanti li forsi qeghdin jidhru koroh ghaliex ftit ikunu partecipi fil-loghob izda nerga nghid la ma’ hemmx midfield ta’ kwalita ftit jistaw jaslulhom blalen li jistghu jisfruttaw u ghalhekk player bhal Chiesa u Kean ftit deheru ghalkemm minn Kean stennejt aktar.
Bil-karta safra li qala Rabiot tlifnih ghall-partita kontra Cagliari u ha nkunu aktar b’emergenza fil-midfield u nisperaw li din id-diffikulta nissuperawa wkoll.
Importanti li sal-loghba kontra Inter nibqghu hekk jew ahjar fil-klassifika ghaliex il-mod kif qeghdin nissuperaw l-ostakli jista jigri minn kollox minghajr naturalment ma’ noholmu zzejjed u nibqghu dejjem saqajna mal-art.
FORZA JUVE DEJJEM