Riesaq it-Tmiemby Pierre Borg
Loghba ohra ghaddiet u riesaq dejjem aktar tmiem dan il-kampjonat bit-tieni parti tieghu assolutament deludenti li hassret it-tajjeb kollu li sar fl-ewwel parti tal-kampjonat.
Ilbierah kienet il-partita li biha stajna tajna bidla u passi kbar lejn tmiem denju ta’ Juventus lejn l-ahhar 4 partiti, stajna tajna svolta u nersqu aktar lejn kwalifikazjoni matematika fic-champions league ta’ stagun iehor izda bhal dejjem fl-ewwel parti tal-partita ftit rajna pjan ta’ partita u determinazjoni biex ngibu rizultat massimu minn din il-partita fejn stajna anka ersaqna aktar vicin ta’ milan.
Ma’ ninsewx illi milan kellom 3 titolari neqsin mid-difiza nkluz fl-ahhar mumenti qabel il-partita tal-goaler titolari Maignan wara li wegga fil-warming up. U propju Sportiello li laghab minfloku kien protagonist fl-ahhar kwarta tal-partita fejn wara d-dhul ta’ Chiesa, Milik u Mckennie rajna aktar Juventus li kreat azzjonijiet perikoluzi u konna verament vicin li niskurjaw.
Ghal darb’ohra diskutibbli kienu l-ghazliet tal-kowc fil-formazzjoni li bdejna biha fejn propju kif diga ktibt qabel, milan bin-neqsin fid-difiza u ghazel li jhalli lil Chiesa fil-pankina u ma jiehux riskju li nilghabu bi 3 players quddiem u filfatt ftit jew xejn konna perikoluzi fl-ewwel taqsima.
Ghal darb’ohra bosta players deludenti bhal Vlahovic li assolutament qatt perikoluz, qatt determinanti u wisq aktar ta’ ghajnuna lit-tim biex inzommu l-ballun lejn il-lasta avversarja filfatt inbidel fost atitudni ta’ rabja, xhieda ta’ nervozizmu li hemm fi dressing room u xhieda li kulhadd jaf li riesaq it-tmiem ta’ Allegri bhala kowc ta’ Juventus.
Ilbierah min kien l-istadium bhali assista ghal qasma ukoll bejn is-sapport fejn il-curva tappogja lil Allegri u l-bqija ssaffar u tikkontesta lil curva sinjal iehor ta qasma esterna ukoll bejn is-sapport.
Il-futur ghalissa ftit huwa car u qabel ma’ l-affarijiet ikunu decizi fil-pitch ftit ha nkunu nafu fuq il-futur, li hu zgur illi s-sitwazzjoni xejn mhi sabiha u hemm hafna xi jsir u x’jinbidel.
FORZA JUVE DEJJEM