Riflessjoni dwar l-ewwel 4 logħbiet tal-kampjonatby Massimo Grioli
Għaddew 4 logħbiet uffiċċjali mill-bidu ta’ dan l-istaġun fejn rajna zewg verzjonijiet ta’ tim favorit tagħna. Rajna 2 logħbiet ma’ Como u Verona fejn it-tim paxxina u inħolqu diversi ċansijiet ta’ goal fiz-zewġ logħbiet apparti li it-tim kien iktar konkret quddiem il-lasta u skurjajna fiz-zewg logħbiet total ta’ 6 goals. Imbad kellna il-verzjoni l-oħra fejn it-tim jidher ċar li kien taħt diffikulta li jesprimi ruħu fuq il-livell ta’ zewg logħbiet ta’ qabel. Ovvjament wieħed għandu ikun seren u nkun kuntenti li it-tim ma jilħaqx il-peak fizikament ġa minn issa għax ikun hemm problemi waqt l-istaġun biex izzomm ir-ritmu meħtieġ, biss jien xorta għandi ftit dizappunt fuq dawn l-aħħar 2 logħbiet milghubin kontra Empoli u Roma. Kien hemm ħafna dibattiti bejn supporters tat-tim tagħna fuq il-famuz ‘corto muso’ f’dawn l-aħħar snin. Jien b’xejn ma rrid nuri li qed inħoss nuqqas għat-tmexxija ta’ Massimiliano Allegri hawnhekk imma il famuz ‘corto muso’ u ir-riferiment għalih se nmissu fuq aspett kemmxejn differenti. Propju ghalhekk, mhux se nippretendi li kull logħba nirbhuha 3-0 u għalhekk kieku anki almenu meta tkun f’diffikulta’ taghmel l-essenzjali kontra timijiet inqas kwotati u tirbaħ imqar 1-0 u il-punti jidħlu xorta sakemm it-tim jilhaq perjodu ta’ forma li ma ibaghtix biex jirbaħ, rebħiet hekk imqanzhin jiksbu valur enormi!
F’dawn iz-zewg loghbiet fejn kien vizibbli li it-tim deher taħt diffikulta kemm minħabba li hemm wisq elementi ġodda li iridu jintegraw sewwa u forsi anki ftit diffikulta fizika minħabba diversi fatturi. U hawn se nqajjem punti li ħoloqli ħafna dizappunt – f’loghbiet bhal dawn fejn l-okkazjonijiet li tiskurja ikun inqas imqabblin ma’ loghbiet kontra Como u Verona, hemm trid toħrog ftit il-‘kattiverja’ ta’ centreforward – il-famuz ‘killer instict’ ta’centreforwards bħal meta kellna il-ċertu David Trezeguet quddiem il-lasta. Jien, fl-opinjoni tiegħi, Dusan Vlahovic, bla ebda dubju player li għandi hafna hope u aspettativi fuqu u naf li għandu teknika tajba biss pero’ nixtieq li jibda jikkonkretizza iktar specjalment f’loghbiet fejn it-tim ibati biex johloq iktar okkazjonijiet ta’ goal – u il-bieraħ kellu okkazjoni li jitfana fil-vantagg u ma ħadux. Ovvjament, jien vera napprezza u nammira kemm għandu attakament u ġenorizita u jissielet anki f’nofs il-grawnd, imma hemm bzonn li f’ċertu partiti fejn il-logħob ikun ftit bagħtut jieħu it-tim fuq spallejh u iwasslu ghal-rebħa anki imqanzha. Min jiftakar il-David Trezeguet fi zmien Capello jifhimni zgur ezatt x’qed nghid – f’ċertu logħbiet konna nirbħu mill-unika okkazjoni tajba quddiem il-lasta! Il-Ħadd it-Tajjeb lil-Juventini kollha ta’ din il-paġna u nittamaw li it-tim jittejjeb fil-prestazzjonijiet wara ix-xoghol kbir li ghamel Cristiano Giuntoli biex jarma skwadra b’saħħitha f’din il-kampanja akkwisti.