Riflessjonijiet fuq l-aħħar żviluppi fi ħdan l-ambjent Juventinby Aleandro Bartolo
Ħallejt ftit ġranet jgħaddu mill-finali tal-Coppa Italia mirbuħa kontra l-Atalanta, fejn rajna l-iskwadra tagħna titrijonfa b’tieni taqsima milgħuba mill-aqwa u b’hekk stajna nifirħu bl-14 il-Coppa Italia fl-istorja tal-klabb glorjuż tagħna. Kien hemm ukoll il-wirja stupenda li biha t-tim rebaħ b’ ċerta faċilita’ kontra Bologna b’logħob veloċi u vertikaliżżazjonijiet mill-aqwa, u b’Kulusevski f’vena straordinarja f’dawn l-aħħar logħbiet. B’din ir-rebħa u bl-eventi li ġraw fil-grounds l-oħra, assikurajna l-kwalifikazzjoni għaċ-Champions League li jmiss propju kif kienu jiddeskrivu it-telekronisti Taljani ‘in zona Cesarini’ cioe’ fl-aħħar nifs.
Bl-eventi li ġraw, l-għada tal-logħba kont konvint u anke xtaqt ħafna li d-diriġenza tiddeċiedi li żżomm lil Pirlo u tagħtih ċans jiggwida lit-tim għall-istaġun li jmiss. Nemmen li se jkun hawn min ma jaqbilx miegħi u jibqa jemmen li minħabba xi prestazzjonijiet mhux daqshekk tajbin bħall-partiti kontra Benevento (home u away), Crotone, Torino u anke oħrajn li ma semmejtx hawn, it-tim kellu joħroġ b’iktar punti minnhom biex anke jekk din is-sena ma kienx destinat li nirbħu l-iscudetto, almenu ma kienx ikollna bżonn niddependu minn riżultati ta’ timijiet oħra biex nassiguraw post fic-Champions League li imiss. Il-konferma ta’ Pirlo ma waslitx u kif forsi kulhadd jaf, bejn illum u għada l-iktar tard, se jinħatar lura bħala kowċ Massimiliano Allegri li żgur ħalla legacy pożittiva u bit-tmexxija tiegħu irbaħna 11 il-tazza fil-5 snin li għamel magħna. Hu żgur fatt li Allegri hu meqjus mill-President Agnelli bħala garanzija u forsi din wasslet biex jerġa jintgħażel hu bħala kowċ, anki biex jerġa jagħti stabilita’ u ottimiżmu lill-ambjent Juventin fil-ġejjieni l-aktar viċin. Nittama li issa d-diriġenza tagħraf tagħti l-ikbar support lil Allegri biex jerġa jwassalna għall-unuri li rebaħ fl-ewwel era bħala kowċ tagħna. Nittama wkoll li l-kampanja ta’ trasferimenti tkun għaqlija b’akkwisti fejn l-iktar it-tim għandu bżonn jissaħħaħ – fuq il-ġnub u b’mod speċjali f’nofs il-ground.
Nagħlaq billi nawgura l-ikbar ‘in bocca al lupo’ lil Max Allegri u ninsab fidiċjuż li jerġa jmexxina għas-suċċess bħal fl-ewwel era tiegħu mal-Juventus!
Insellmilkom bil-qalb, Juventini
Massimo Grioli