Riflessjonijiet wara Juventus vs Atalantaby Massimo Grioli
Nibda billi nitkellem fuq il-fatt li tifraħ tara partitarji jassistu għal loghba ġo stadium. Kienet wisq ta’ dwejjaq tara logħba minghajr partitarji jaraw logħba futbol. Mela dak diġa’ fattur verament posittiv fil-partita ta’ ħbiberija tal-bieraħ. Ngħaddu ftit għall-aspett tekniku u tal-iskwadra in ġenerali. Ħadt gost ħafna nara it-trio Ronaldo-Chiesa-Dybala jikkombina b’mod effettiv fl-ewwel goal. Ma nistgħux ma nitkellmux ukoll dwar il-goal minn xutt stupend ta’ Federico Bernardeschi. Wieħed jawgura sinċerament li hu l-bidu ġdid ta’ player li jidher ċar li għadda minn perjodu kemmxejn diffiċli. Ħadt gost ħafna għal Bernardeschi li dejjem wera qalb u għandu karattru li jidher sabiħ u disponibbli. Jekk nassistu verament għal stagun entużjażmanti tal-player ben venga li jiġi – jibbenifika hu personali u nibbenifikaw aħna wkoll bħala partitarji Juventini. It-tielet goal tagħna fejn Kulusevski seta’ anke kellu l-option li jiffinaliżża l-azzjoni hu pprefera jqassmu u sewwa għamel lil Morata għax ħaseb li seta’ jiffinaliżża aħjar. Kollha affarijet li jsaħħu l-ispirtu ta’ skwadra.
Ngħaddu ghall-aspett ta’ suq tal-players li forsi qed tqajjem ftit preokkupazzjoni fost il-partitarji Juventini. Dwar l-istorja ta’ Locatelli kulħadd jaf bħalissa li spiċċat ftit ta’ sitwazzjoni mwaħħla kemm minħabba l-istat prekarju finanzjarju tal-klabb li biex iżomm il-plejers qed ikollu jgħodd kull sold li għandu biex jirnexxielu jżomm il-plejers kruċjali tal-iskwadra. Ġest żgur apprezzat mid-diriġenza fuq hekk. Wieħed jawgura pero’ li minkejja dawn il-problemi li jakkwistaw plejer b’mod aġevoli – nagħtu iktar fiduċja lil plejers promettenti tal-iskwadra speċjalment dawk emerġenti bħal Ranocchia u Fagioli li qed juru li jistgħu jpattu għan-nuqqas li isehh l-akkwist probabilment mitluf ta’ Locatelli.
Insellmilkom
Massimo Grioli