Riflessjonijiet wara loghba Malmoe-Juventus 0-3 – 14.09.2021

Massimo Grioli News Leave a Comment

Il-bieraħ fl-aħħar, irnexxilna nassistu għall-ewwel rebħa tall-istaġun tagħna il-Juventini. Rebħa konvinċenti ħafna bħala score u kwalita’ ta’ logħob li wera it-tim. Żgur li ma nistawx ma nirrimarkawx anki il-fatt posittiv li għalaqna il-logħba b’ 0 goals kontra tagħna – fattur li kienet jinkweta lili kif ukoll ħbieb tiegħi waqt diskussjonijiet frekwenti magħhom. L-iktar li żgur se jieħu gost biha il-clean sheet huwa il-kowċ Massimiliano Allegri għax forsi jibda jara il-goalkeeper tagħna Wojciech Szczęsny jaħdem b’iktar serenita’ fil-logħbiet li ġejjin. Żgur ma ħarbitlix il-wirja posittiva kemm ta’ Bonucci li qed nerġaw napprezzaw id-doni ta’ regista minn wara tiegħu, kif ukoll nirrimarka l-ispirtu kombattiv aħjar f’Alex Sandro li kien importanti ħafna għalina għax sblokka l-iskor tal-logħba w anki reġa kien perikoluż u għal ftit ma reġax sab ix-xibka ftit wara l-ewwel goal!


In-nofs il-ground il-bieraħ rajtu jiffunzjona tajjeb forsi mhux perfettament imma għamel qabża fil-kwalita’ mill-partiti li rajna qabel. Locatelli, b’mod speċjali, wieħed jammira it-talent li għandu li iżomm il-pussess tal-ballun kemm hu meħtieg biss u dejjem jara kif se isib il-player żmarkat il-quddiem biex nivvertikalizzaw il-logħob – ħaga li rajtha ferm nieqsa fl-istaġuni ta’ qabel. Meta anki qsamt xi ħsibijiet ma’ Juventini oħra – laqatni il-punt ferm validu li kulħadd qed jinnota li anki bil-preżenza ta’ Locatelli – it-tqassim lura qed jonqos u dan mhux fattur ta’ min jinjorah meta naf kemm batejna goals stupidi kontra minħabba tqassim taħt pressjoni mill-avversarji lura lejn id-difiża jew saħansitra tqassim lura lejn il-goalkeeper. Kulħadd jaf kemm b’tqassima lura l-istaġun li għadda ikkompromettejna kwalifikazzjoni għal-round li imiss fic-Champions League kontra il-Porto!


Fl-aħħar nett nixtieq nitkellem ftit dwar l-attakk tagħna iffurmat minn Paulo Dybala u Alvaro Morata. Rajna ftit kombinazzjonijiet tajbin anki ta’ tqassim u tentattivi kontinwi li jifthu l-ispazji għal xulxin li tipprospetta tajjeb għal-logħob li ġej. Wieħed ma jistax ma isemmix li Morata reġa sab ix-xibka għat-tieni logħba konsekuttiva u anki dak aspett posittiv. Rajna wkoll, ir-ritorn għal-goal għalkemm minn penalty ta’ Paulo Dybala, wara li rajnih diġa jiskurja gowl stupend kontra Udinese u ħadd ma jista jinsa t-takkuna li biha qassam lejn Morata fil-bidu ta’ 2 taqsima. Dybala ukoll ingħata il-Player of the Match jiġifieri tfisser li l-wirja tiegħu kienet ferm posittiva. Ħafna aspetti posittivi! Għalkemm naf ukoll li l-avversarju kien modest, imma infakkar li qatt mhu easy tirbaħ away kontra tim inqas kwotat fiċ-Champions League fejn rajna il-bieraħ stess li xejn ma tista tieħu for granted bir-rebħa kemmxejn sorprendenti ta’ Young Boys kontra tim b’storja ferm ikbar bħal-Manchester United. Nittama li dir-rebħa isservi biex jogħla iktar il-moral in vista għal-logħba vera importanti tal-Ħadd li ġej kontra il-Milan.

Insellmilkom ħbieb Juventini! Alla prossima!

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *