Rikordju fotografiku ta’ Marsa-Juventus (1971)by Aleandro Bartolo
Il-15 ta’ Settembru 1971 hija dati importanti għal moviment Juventin hawn Malta. Infatti dak in-nhar kellna l-unur li għall-ewwel darba naraw fuq xtutna t-tim li tant inħobbu. Fl- ‘Imperial Stadium’ tal-Gżira intlagħbet Marsa-Juventus, logħba valida għall-ewwel Rawnd tat-Tazza UEFA 1971/72.
Bħala rikordju ta’ dik il-logħba storika rnexxilna nġibu 25 ritratt personali mingħand żewġ membri ‘storiċi’ tal-Club tagħna: Tony Agius u Charles Galea. Ta’ dan nirringrazzjawom u napprezzaw dawn ir-ritratti li tant jfissru għal min għex dik il-logħba.
Gowls: 32’ Haller; 54’ Causio; 60’ Haller; 63’ Novellini; 69’ Capello; 88’ Cuccureddu (J)
Marsa: Collins, Tonna, Victor Cassar; Ferriggi (67’ Landridge), Wella, Joe Cassar; Faruglia, Brincat, Portelli (82’ Baiada); Faure, Camilleri – Kowċ: Calleja
Juventus: Carmignani, Spinosi, Marchetti; Furino (46’ Cuccureddu), Roveta, Salvadore; Haller (65’ Viola), Causio, Novellini; Capello, Bettega – Kowċ: Vycpalek
Referee : Paterson (Skozja)
Forsi huma ħafna minnkom (naqra imdaħħlin fiż-żmien illum il-ġurnata) għandhom f’qalbhom din id-data partikolari: 15 ta’ Settembru 1971.
Fil-grawnd (illum abbandunat u minsi) tal-Gżira kellna l-ewwel partita tal-Juventus hawn Malta! Marsa kienu t-tim li kellhom dan l-unur, għall-ewwel rawnd tat-Tazza UEFA 1971/72
Kienet ġurnata sħuna u umduża ħafna.Biex tkompli żżid l-logħba kellha tibda fil-5.00pm minħabba li l-grawnd ma kienx illuminat minn dawl artifiċjali. Nimmaġinaw il-plejers juventin (kollha ta’kalibru internazzjonali u klassi liema bħalha) jidħlu ġo dan il-grawnd iva ippakkjat bin-nies imma b’ turf kollu żrar ,sħana insopportabbli u avversarju totalment mhux magħruf.
Mela taħt l-ordni tar-referee Skoċċiż Paterson il-Juventus immexxijin minn Cestmir Vycpalek (iz-ziju tal-famuż Zdenek Zeman) għamel id-debutt ġo din il-gżira hekk juventina! Din kienet il-formazzjoni:
Carmignani, Spinosi, Marchetti, Furino, Roveta, Salvadore, Haller, Causio, Novellini, Capello u Bettega. Il-kowċ ta’ Marsa, Calleja niżel fil-grawnd hekk : Collings, Tonna, Cassar, Ferrigi,Vella. Cassar II, Farrugia, Brincat, Portelli, Faure u Camilleri.L-ewwel taqsima ingħalqet bil-Juventus minn fuq 1-0 biss. Kien il-midfielder Ġermaniż espert u fantażjuż Helmut Haller li għeleb lill-gowler Malti Collings b’xutt angulat u baxx.Fil-bidu tat-tieni taqsima kienu Marsa li setaw ġabu il-gowl tad-draw b’xutt ta’Farrugia, mgħejjun minn Portelli li ġegħel lil gowler juventin Pietro Carmignani għall-laqgħa minn tiegħu. Sadanittant il-Marsa kellhom jibdlu l-kulur tal-flokk tagħhom minn blu ta’l-ewwel taqsima għall-aħmar tat-tieni 45 minuta.Dlonk il-ferħ u l-ħolm Malti sfaxxa, għax ħarġet il-qawwa, l-esperjenza u l-ħażen tattiku tal-Juventus li bdew jiskurjaw gowl wara l-ieħor. Beda Franco Causio wara żball mid-difiża maltija. Żid it-tielet Haller b’xutt mill-ewwel fis-sittin minuta. Tlett minuti biss wara Novellini wara kontrattakk veloċi għamel l-iskor 4-0. Fabio Capello sebbaħ l-iskor għal 5-0 wara ħarġa ħażina tal-gowler Malti Collins, filwaqt li Antonello Cuccureddu ġab l-iskor finali ta’ 6-0 b’xutt imxellef minn difensur malti.Fuq in-naħa ta’Marsa nsemmu il-lasta milqutgħa minn Portelli b’xutt sabiħ imma żventurat minn barra.Hekk intemmet l-logħba! 6-0. Wara t-tisfira finali Helmut Haller kien stqarr li diffiċli tmur barra minn pajjiżek u taqla’ dak it-tifħir u kapċiċ kollu. Il-kowċ Malti Calleja sostna li dan it-tim tal-Juventus kien l-aħjar wieħed li rifes art twelidna sa dak iż-żmenijiet. Ferm aħjar minn Real Madrid u Manchester United.Fit-tieni leg ġo Turin il-Juventus komplew minn fejn ħallew hawn Malta b’rebħa komda ta’ 5-0.
Pierre Bonavia