RITORN B’REBHAby Pierre Borg
Ir-ritorn tal-kampjonat wara l-waqfa minhabba l-kompetizzjoni tat-tazza tad-dinja kien wiehed pozittiv b’rebha fuq Cremonese. Rebha sofferta kif kien mistenni ghaliex ma’dawn it-tip ta’ timijiet mhux facli tippenetra peress li jkunu b’sistema agressiva u maghluqa.
Tattikament ftit hemm xi tghid fejn rajna l-istess loghob tal-bidu ta’ l-istagun, b’hafna loghob slow u nuqqas ta’ aggressivita minn naha tat-tim taghna. Haga pozittiva li jigu mdahhla hafna aktar zghazagh peress illi l-injuries ma’ jridux jitilquna u dan huwa misteru kbir fejn wara waqfa twila xorta ghadna bl-istess problemi ta’ injuries fit-tul.
Semmejna iz-zghazagh u lbierah rajna iehor interessanti hafna, Soule li jidher jista jkun wiehed mill-players tal-futur u l-futur taghna ha jkun jiddependi hafna fuq dawn iz-zghazagh zgur minhabba kwistjoni ta’ finanzi li kollha tafu bhali x’qed jigri u minn xiex ergajna ghaddejjin.
Zgur li jonqosna hafna aktar x’naqdfu biex nigu minn ta’ quddiem ghaliex il-kompetizzjoni ghall-ewwel erba postijiet zgur ha tkun qawwija u indeciza sa l-ahhar zgur. Minn naha ta’ sistema ta’ loghob zgur illi l-bierah ghamilna pass lura minn fejn hallejna qabel l-waqfa fejn fl-ahhar loghbiet konna rajna progress. Izda bid-difetti kollha u l-problemi socjetarji nharsu lejn il-pozittiv ghaliex l-ewwel nett ninsabu minn ta’ quddiem, id-distakk naqas wara telfa ta’ Napoli ta lbierah u kif dejjem ktibt zgur li issa ser jibda l-vera kampjonat u gej zmien decisiv f’kull aspett, fil-pitch u barra l-pitch.
Nisperaw nerga nghid li l-injuries ihalluna kwieti biex flimkien ma’ dawn iz-zghazagh ikollna players ta’ esperjenza biex aktar ikollna dik it-tahlita ta’ energija fit tim. Rajna lura lil Chiesa li kif dahal wera bic-car kemm huwa mportanti ghalina u kif jibdel it-tim bil-velocita tieghu. Irridu niftakru li ghadna ma’ rajniex jilghabu flimkien dawk l-players li tant gew akkwistati biex jaghmlu differenza bhal Vlahovic, di Maria u Pogba li dan ta’ l-ahhar ghadu l-akbar misteru meta ser jidhol lura u x’qed jigri verament.
Nistennew u naraw.
FORZA JUVE DEJJEM