Ronaldo b’ċans tajjeb li jkun it-topscorer tas-Serie Aby Aleandro Bartolo
Cristiano Ronaldo saħħaħ il-pożizzjoni tiegħu f’ras il-klassifika tal-Aqwa Skorers tas-Serie A f’dan l-istaġun. S’issa hu skurja 23 gowl fil-kampjonat. Warajh insibu lil Lukaku b’19-il gowl. Għaldaqstant Ronaldo jidher li għandu ċans tajjeb li jkun it-topscorer tas-Serie A dis-sena. Ta’ min jgħid li mis-sena 2000 ‘l hawn żewġ plejers Juventini biss rebħu l-klassifika tat-topscorer: Trezeguet (2001/02 b’24 gowl) u Del Piero (2007/08 b’21 gowl).
Matthew Scerri