Sassuolo-Juventus 1-3by Aleandro Bartolo
Juventus lura għar-rebħ wara t-telfa tal-Ħadd li għadda. Il-Bianconeri kienu tassew letali fuq quddiem u, għalkemm Sassuolo lagħbu tajjeb f’ħafna mumenti tal-partita, id-differenza finalment għamluha l-attakkanti fil-grawnd: dawk Bianconeri kienu perfetti, mentri ta’ Sassuolo ġew imwaqqfa mid-difiża Bianconera mmexxija maġistralment minn Buffon u De Ligt. Permezz ta’ dir-rebħa Juventus għadhom jistgħu jittamaw li jirnexxilhom jikbsu post fiċ-Champions League għas-sena d-dieħla.
SASSUOLO-JUVENTUS 1-3
Skurjaw: Rabiot (J), Ronaldo (J), Raspadori (S), Dybala (J)
Sassuolo (4-2-3-1): Consigli; Toljan (Chiriches), Marlon, Ferrari, Kyriakopoulos (Rogerio); Obiang (Maxime Lopez), Locatelli; Berardi, Traorè (Defrel), Boga (Djuricic); Raspadori. Kowċ: De Zerbi.
Juventus (4-4-2): Buffon; Danilo, De Ligt, Bonucci, Alex Sandro; Chiesa (Cuadrado), Arthur (Bentancur), Rabiot, Kulusevski; Dybala (McKennie), Ronaldo. Kowċ: Pirlo.
Referee: Giacomelli.
Karti sofor: Marlon (S), Danilo (J), Chiesa (J).
Matthew Scerri