SOFFERENZA KBIRAby Pierre Borg
Rebha sofferta dik kontra Lazio li naturalment ma’ stennejniex li ha tkun xi loghba facli kif qatt ma kienet u bil-players neqsin li ghandna bhalissa saret aktar difficli biex wiehed jara l-vera Juventus.
Onestament ghal kontra ta’ certu opinjonijiet li rajt fuq il-partita, l-ewwel taqsima nkwetatni mhux ftit ghaliex bdejt nara certu affarijiet u sistemi tal-passat li konna gbajna naraw bhal tqassim tal-ballun lura, loghob slow, xuttijiet lejn il-lasta kwazi xejn u ballun li biex jinqaleb ghal naha ohra tal-pitch irid jitqassam dejjem madwar l-erba difensuri.
Filfatt ma’ l-ewwel inizjattiva minn Kalulu, player li dejjem qieghed jissoda partita wara l-ohra, waslet it-tkeccija ta’ Romagnoli li nkredibbilment ir-referee kellu jutilizza l-VAR biex ikun cert minn dak li deher ovvju u carissimu u dak biex kollha taraw f’liema sitwazzjoni gejna u qeghdin il-Juventus mar-referees li jibzghu jiehdu decizjoni favur Juventus izda kontra tittiehed f’sekonda! Mil-freekick ta’ Vlahovic wasal dak li kien l-uniku xutt ta’ l-ewwel taqsima.
L-ewwel taqsima rrabjatni immens ghax anka wara tkeccija xorta ma’ sirniex aktar veloci u determinati anzi kwazi kienet partita li traqdek. Personalment stennejt aktar minn Thuram u Locatelli anka Yildiz li jidher li mal-linja m’hijiex il-pozizzjoni preferita tieghu ghaliex kwazi qatt ma’ kien decisiv. Tajjeb li nghid li xorta qbilt mal-formazzjoni li beda bija Thiago Motta fejn bin-neqsin kollha li ghandna ridna hafna kwantita fil-midfield biex nilqghu il-kontrattakki ta’ Lazio.
Fit-tieni taqsima bid-dhul ta’ Fagioli li gab izjed kwalita, u dhul ta’ Weah li gab aktar freskezza u Lazio aktar ma’ beda jghaddi l-hin aktar bdew jghejjew ghaliex kienu ilhom loghba shiha kwazi b’ghaxra min-nies. Kellu jkun awtogowl minn cross ta’ Cabal li tana rebha u tlett punti mportantissimi qabel loghba determinanti li gejja l-weekend li gej kontra Inter.
Nerga nghid ma’ rridux ninsew li ghandna 8 players nieqsa u mhux cajta specjalment meta ahna bdejna mil-gdid, bdilna hafna u dawk il-players li hadna biex jibdluna kollha jinsabu barra.
Gejja partita ewropeja kontra Stuttgart li nisperaw tkun it-tielet rebha fl-ewropa, nisperaw li l-injuries ihalluna bi kwietna biex nkunu nistghu nippreparaw ghal partita ta’ wara li tant nistennewa kull sena.
Sadanittant FORZA JUVE DEJJEM