Super League. Il-Kummissjoni tal-Appell tal-Uefa mhix se tieħu passi għalissaby Aleandro Bartolo
Il-Kummissjoni tal-Appell tal-Uefa ħabbret li għalissa mhix se tkun qed tieħu ebda pass dixxiplinari fil-konfront ta’ Juventus, Real Madrid u Barcellona. Il-każ li kien infetaħ twaqqaf għalissa. Il-Kummissjoni kellha tistabilixxi jekk Juventus, Real Madrid u Barcellona kisrux ir-regolamenti tal-Uefa talli waqqfu s-Super League u rrifjutaw li jiddikjaraw li mhux se jikkompetu f’dil-kompetizzjoni. Nafu wkoll li l-ewwel Tribunal ta’ Madrid u wara l-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Iżvizzera bagħtu dokumentazzjoni uffiċjali lill-Uefa li ma jistgħux jittieħdu passi fil-konfront tat-tliet klabbs minħabba li l-kwisjtoni tinsab quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea. Probabbli hu minħabba f’hekk li l-Kummissjoni tal-Appell kellha twaqqaf kollox għalissa.
Matthew Scerri