Szczesny għall-bejgħ biex jagħmel l-ispazju għal Donnarumma?by Aleandro Bartolo
Fl-aħħar ġimagħtejn l-għidut dwar x’jista’ jiġri fil-futur ta’ Donnarumma ma waqfu xejn. Nafu li Milan għadhomx ma jistgħux jilħqu ftehim ma’ Raiola u kollox jindika li ma jistgħux jissodisfaw it-talbiet li qed jagħmel l-aġent f’isem il-gowler Taljan. Għaldaqstant hu probabbli li minkejja l-imħabba li Donnarumma għandu għal Milan, das-sajf hu se jkun qed jitlaqhom. Juventus qed jissemmew b’saħħa. Szczesny fl-aħħar ftit xhur kellu wirjiet kemxejn diżappuntanti u minħabba f’hekk Juventus qed jikkunsidraw li jbigħu lill-gowler Pollakk. F’dan l-istadju jidher li Juventus mhux se jkunu jistgħu jiffirmaw lil Donnarumma qabel isibu biegħ għal Szczesny. Fil-fatt Szczesny għandu paga ta’ madwar 7 miljuni u Juventus ma jaffordjawx li jkollhom reserve b’paga daqstant għolja, anki għax Donnarummma se jkun qed jitlob 10 miljuni. Il-problema bħas-soltu hi li l-plejers ta’ Juventus ma jinbigħux malajr minħabba l-paga fenomenali li għandhom u li timijiet oħra mhux dejjem ikunu jistgħu joffrulhom.
Matthew Scerri