Posts

Insiru nafu aħjar lil Carlos Alcaraz

Insiru nafu aħjar lil Carlos Alcaraz, il-plejer Arġentin li Juventus akkwistaw mingħand Southampton matul dan il-mercato ta’ Jannar.

IR-RWOL TA’ ALCARAZ
Alcaraz huwa jolly rejali, kapaċi jilgħab fl-aktar pożizzjonijiet varjati. L-Arġentin fil-fatt wera li jaf jagħmel tajjeb kemm bħala ċentrali kif ukoll bħala midfielder, ir-rwol ewlieni tiegħu, iżda b’mod sorprendenti wkoll bħala l-ewwel attakkant.
Il-karatteristiċi tal-inserimenti u x-xamma tal-gowl tiegħu wasslu lil Southampton biex jużah saħansitra aktar avvanzat u mhux biss bħala midfielder offensiv. Midfielder tal-lemin, fuq ix-xellug, midfielder, full back fuq il-lemin, winger fuq iż-żewġ naħat: opjonijiet mżewqa ferm għal Alcaraz.
Diġà fi żmien Racing, il-klabb Arġentin fejn trabba, Alcaraz lagħab fl-aktar oqsma varjati, iżda fir-rigward tar-rwol ta’ quddiem kien fuq kollox ma’ Southampton li l-irwol kien esplorat l-aktar.

ALCARAZ, IL-KARATTERISTIĊI
Kif issemma, Alcaraz jaf jilgħab fl-aktar pożizzjonijiet varjati grazzi għas-sens ta’ gowl u intelliġenza tattika li tippermetti liż-żagħżugħ ta’ 21 sena jadatta għal formazzjonijiet u rwoli differenti, ħafna drabi improvizzati minħabba l-bżonnijiet jew l-intuwizzjonijiet tal-kowċ tiegħu. .
Prattikament il-gowls kollha tal-karriera ta’ Alcaraz waslu b’inserzjonijiet preċiżi, li juri kif l-Arġentin huwa perfett għal timijiet li jibnu aktar milli jsibu x-xibka minn barra jew mill-korners.
It-tempiżmu ta’ Alcaraz u l-ħila li jsib il-mument it-tajjeb huma wkoll viżibbli fil-movimenti tiegħu biex isib il-gowl bir-ras, li spiss jirnexxielu jagħmel.

 

 

 

Prev 1 of 1 Next
Prev 1 of 1 Next

 

 

Pierre Bonavia