Posts

Anniversarju: Juventus jirbħu s-Super Cup tal-Italja (03/08/2003)

Bħal-lum fl-2003 Juventus kienu lagħbu kontra Milan fil-Finali tas-Super Cup tal-Italja. Il-partita kienet intlagħbet fl-Istati Uniti tal-Amerika u ġiet deċiża bl-għoti tal-penalties. Il-filmat t’hawn taħt ifakkarna x’ġara dakinhar.

Bhal-lum 124 sena inħoloq il-klabb favorit tagħna!

Bħala ċelebrazzjoni tal-124 sena tal-klabb glorjuż li inżommu mieghu ħadt gost nisma dan l-innu dalgħodu li tant ħabbejt fi tfulija tieghi u kważi ħraqt id-diska indoqqu meta kont tifel! Nidentifika ruħi bħala supporter Juventin f’dawk il-maġiċi Snin 70 u dawk id-dwelli epiċi ma’ Torino speċjalment fl-istaġun 1976-77 meta konna irbaħna l-iscudetto b’biss punt differenza fuq it-Torino b’kavalkata vinċenti ras imbras mat-Torino!