Posts

Azmoun jista’ jingħaqad ma’ Juventus f’Jannar

Allegri kemm-il darba rrepeta li Juventus se jibqgħu b’dal-plejers sa tmiem l-istaġun anki jekk qatt ma eskluda li jista’ jkun hemm xi opportunità li Juventus jieħdu biex isaħħu lit-tim tagħhom. F’dawn is-sigħat hemm diversi xnigħat li Juventus jinsabu f’negozjati ma’ Zenit biex jixtru lil Sardar Azmoun. L-attakkkant Iranjan ta’ 27 sena jista’ jimla l-vojt li se jħalli Chiesa minħabba l-injury fit-tul li sofra. Zenit qed jitolbu 5 miljuni għal Azmoun, filwaqt li Juventus lesti joffru biss somma iżgħar f’bonuses minħabba li l-attakkant għandu kuntratt ma’ Zenit li wasal biex jiskadi. Bosta gazzetti u siti huma ottimisti li Juventus se jsibu ftehim ma’ Zenit biex Azmoun jingħaqad mat-tim ta’ Allegri.

Matthew Scerri