Posts
Biljetti għall-Finali tal-Europa League
Il-Club illum ġie infurmat permezz ta’ avviz short notice li se jkollu jaħdem b’sistema differenti minn tas-soltu għall-biljetti tal-Finali tal-Europa League.
Sfortunatament ingħatajna tassew ftit zmien sabiex ninfurmaw bin-numru ta’ talba għal biljetti. Dan għandu jsir saħansitra qabel ma nkunu nafu jekk aħniex se nkunu fil-Finali sa nhar il-Ħamis li ġej 18 ta’ Mejju fis-2pm għaldaqstant qegħdin nitolbu biex kull min huwa tassew interessat għal biljett għandu jibghat email fuq [email protected] sabiex juri l-interess tiegħu sa mhux aktar tard minn nhar il-Ħamis 18 ta’ Mejju fis-1pm bl-isem tal-persuna u n-numru tal-karta tal-identita’. Dawn huma meħtieġa sabiex il-Club ikun jista’ jivverifika l-eliġibilita’ għal biljett.
Il-Finali tal-Europa League se ssir f’Budapest nhar il-Erbgħa 31 ta’ Mejju. Kull persuna fl-email tista’ strettament tapplika għal massimu ta’ zewġ persuni.
Dan se jkun l-unika channel uffiċjali għall-biljetti li se jiġu allokati fuq bazi first received first served. Għalissa l-Club ma huwa se jieħu ebda depositu fuq il-biljetti għaliex l-allokazzjoni tiddependi minn numri ta’ abbonati ta’ Juventus kemm se jkun hemm minnhom li jieħdu vantaġġ mil-prelazzjoni jew le.
Wara li jagħlaq iz-zmien u nibdew nirċievu l-ewwel informazzjoni mingħand Juventus se nkunu qed nieħdu azzjoni minnufih u nikkuntattjawkom fl-ordni li nirċievu l-emails sabiex ninformaw bid-disponibilita’ ta’ biljetti li ġiet allokata lilna. Għalissa l-prezzijiet għadhom mhux magħrufa.
Jistgħu japplikaw magħna biss dawk il-membri li dan l-istaġun huma membri fil-Fan Club u jinsabu fil-pussess ta’ Juventus Card. Membri ġodda ma jistgħux jiġu iktar aċċettati f’dan l-istadju għaliex Juventus għalqu r-reġistrazzjonijiet fit-30 ta’ April.
Grazzi
Avviż importanti lill-membri 2020/21 u 2021/22 dwar biljetti
Il-Kumitat javża li minn nhar is-Sibt 28 ta’ Awwissu qabel il-partita kontra Empoli se jibda uffiċjalment jilqa’ minn ġewwa l-uffiċju tal-Club bookings għall-biljetti tas-Serie A u taċ-Champions League mingħand il-membri kollha in regola mal-ħlas tas-sħubija għal dan l-istaġun 2021/22.
L-istaġun li għadda kien wieħed diffiċli ħafna għall-finanzi tal-Club għaliex l-ispejjeż baqgħu għoljin biex stajna nibqgħu operattivi iżda d-dħul naqas drastikament.
Għaldaqstant il-Kumitat irid iżomm mal-wegħda li kien għamel matul l-istaġun li għadda 2020/21 ma’ dawk il-membri li minkejja l-għeluq tal-Club u tal-Juventus Stadium minħabba l-pandemija laqgħu l-appelli kontinwi tagħna u għamlu s-sħubija xorta.
Dawn il-membri hekk kif kienu ġew imwiegħda se jingħataw perjodu ta’ priorita’ għal biljetti.
Il-Club qiegħed jistieden lill-membri 2020/21 u li reġgħu ħallsu s-sħubija dan l-istaġun 2021/22 sabiex jekk huma interessati li jakkwistaw biljett għal xi partita ta’ Juventus matul dan l-istaġun jirrikorru l-uffiċju tal-Club f’dawn id-dati imsemmija hawn taħt sabiex igawdu minn dan il-mekkanismu li jagħtihom priorita’
Is-Sibt 28 ta’ Awwissu bejn 7pm u 8.45pm kif ukoll wara l-partita
It-Tlieta 31 ta’ Awwissu bejn 6.30pm u 8.00pm
Il-Hamis 2 ta’ Settembru bejn 6.30pm u 8.00pm
It-Tlieta 7 ta’ Settembru bejn 6.30pm u 8.00pm
Il-Hamis 9 ta’ Settembru bejn 6.30pm u 8.00pm
F’dawn l-istess dati jistgħu jitolbu biljett anki dawk il-membri li huma msieħba dan l-istaġun iżda ma kinux l-istaġun li għadda.
Minħabba l-kapaċita’ limitata ta’ 50% tal-Juventus Stadium u l-indisponibilita’ ta’ użu ta’ abbonamenti matul l-istaġun kull min se jirrikorri l-uffiċju biex jirriserva biljett huwa mitlub li jimxi ma’ dawn l-istruzzjonijiet spjegati hawn taħt sabiex nippruvaw inkunu l-iktar trasparenti possibbli u l-biljetti jitqassmu bl-aħjar mod ekwu possibbli.
- kull membru jista’ jirriserva sa massimu ta’ tliet partiti matul l-istaġun;
- jista’ jigi riservat biljett wieħed kontra avversarju tal-ewwel faxxa. L-avversarji li huma kkunsidrati tal-ewwel faxxa huma Inter, Milan, Atalanta, Napoli, Roma, Lazio u Torino;
- kull membru li jiġi l-uffiċju jista’ strettament jirriserva biljett f’ismu u f’isem membru ieħor biss. Isiru eċċezzjonijiet biss f’kas ta’ familji fejn ikun hemm l-ulied.
Il-Kumitat se jkun qiegħed iżomm ukoll waiting list għal kull partita sabiex kulħadd ikun jista’ xorta jpoġġi ismu fiha fuq bazi ta’ first come first served. Jekk ikun hemm possibilita’ li naqdu iktar membri ikun pjaċir tagħna u nagħmlu mezz biex navżawhom b’mod antiċipat tajjeb biex is-safra tkun tista’ tiġi ppjanata b’mod komdu.
Il-biljetti jistgħu jiġu riservati minn l-uffiċju biss permezz ta’ depositu fuq bazi ta’ first come first served.
Kull min jixtieq jirriserva biljett apparti li jkun membru mal-Club irid ikun ukoll membru fil-JOFC (Fan Club) kif ukoll ikun fil-pussess ta’ Juventus Card valida (jew Tessera del Tifoso)
Fl-eventwalita’ li partita ta’ Juventus tiġi kkanċellata minħabba l-pandemija jew raġunijiet oħra u l-Club ikun diġa’ għamel il-ħlas dovut tal-biljetti lil Juventus, ir-refund favur il-membru jiġi rilaxxat dejjem jekk u meta Juventus jiddeċiedu li jirrifondu lura lil Club l-ammont dovut sħiħ.
Grazzi
Darren Micallef
Uffiċjal Tesseramenti
Assistant Segretarju u Assistant Segretarju Internazzjonali