Posts
Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita tal-lejla kontra Monza
Il-plejers mgħajta minn Allegri għall-partita tal-Coppa Italia tal-lejla kontra Monza huma:
Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Perin.
Difensuri: Bremer, Danilo, Alex Sandro, Gatti, Rugani, Barbieri.
Plejers ta’ nofs il-grawnd: Locatelli, McKennie, Kostic, Miretti, Paredes, Fagioli.
Attakkanti: Chiesa, Milik, Kean, Di Maria, Soulé, Iling-Junior.
Matthew Scerri
Juventus-Monza tal-Coppa Italia fid-19 ta’ Jannar
Juventus se jibdew l-impenji tagħhom fil-Coppa Italia fid-19 ta’ Jannar 2023, meta fir-Rawnd tal-Aħħar Sittax se jilqgħu f’darhom lil Monza. Il-partita se tintlagħab fid-9.00 ta’ filgħaxija.
Min jgħaddi minn dar-Rawnd bejn Juventus u Monza, se jilgħab fil-Kwarti Finali kontra t-tim rebbieħ ta’ Lazio-Bologna. Dil-partita se tintlagħab fl-1 ta’ Frar.
Matthew Scerri
Id-dati u l-ħinijiet tal-partiti ta’ Juventus f’April
Tħabbru d-dati u l-ħinijiet tal-partiti li Juventus se jkunu qed jilagħbu fix-xahar ta’ April. Juventus se jkunu impenjati kif ġej fil-kampjonat tas-Serie A:
Juventus-Inter (Il-Ħadd 3 ta’ April 2022, 8.45 p.m.)
Cagliari-Juventus (Is-Sibt 9 ta’ April 2022, 8.45 p.m.)
Juventus-Bologna (Is-Sibt 16 ta’ April 2022, 6.30 p.m.)
Hi uffiċjali anki d-data tat-tieni leg tas-Seminfinali tal-Coppa Italia. Juventus se jkunu qed jilqgħu f’darhom lil Fiorentina fl-20 ta’ April fid-9.00 ta’ filgħaxija.
Matthew Scerri