Posts

Problemi fil-ħlas tal-pagi għall-klabbs Taljani

Skont Il Corriere dello Sport il-klabbs Taljani qed iħossu l-ħtieġ li jinnegozjaw ftehim ġdid mal-plejers tagħhom. Bħalissa hemm problema ta’ flus kontanti u l-klabbs jidhru li ma jinsabux f’pożizzjoni li jħallsu l-pagi. Il-ftehim se jkollu l-għan mhux li titnaqqas il-paga tal-plejers, imma li jkunu stabbiliti dati ġodda meta se jsiru l-pagamenti.

Matthew Scerri

L-FIGC b’appell lill-Gvern Taljan

Il-President tal-FIGC, Gravina kiteb ittra lill-Prim Ministru Taljan biex jitlob għajnuna għall-klabb Taljani. Id-dħul għall-klabbs naqas drastikament u l-kriżi finanzjarja qed tinħass sew. F’dan l-istadju hemm riskju kbir li xi klabbs ifallu u għaldaqstant l-għajnuna tal-Gvern hi essenzjali.

Matthew Scerri

L-istadiums Taljani jerġgħu jagħlqu l-bibien għas-supporters

Illum il-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte se jkun qed iħabbar miżuri ġodda għat-trażżin tal-imxija tal-Covid-19. Bir-regolamenti l-ġodda mhux se jkun iktar possibbli li s-supporters jidħlu fl-istadiums. Fi kliem ieħor lanqas dawk l-1000 supporter li kienu qed jidħlu s’issa, mhuma se jkunu jistgħu jassistu iktar għall-partiti.

Matthew Scerri

X’ried jgħid biha Ronaldo?

Ftit wara s-sebgħa tal-lejla Cristiano Ronaldo tella’ fuq Instagram ritratt tiegħu qed jixxemmex bil-caption “Siiiiiiiiiii💪🏽”. Ma nafux eżattament għal xiex kien qed jirreferi. Tgħid irċieva l-aħbar li fieq mill-Covid?

Matthew Scerri

Ronaldo se jitlef Juventus-Verona

Cristiano Ronaldo żgur se jkun qed jitlef il-partita kontra Verona. Dalgħodu sarlu swab test ieħor u qed jistenna r-riżultat. Anki jekk ikun negattiv, Ronaldo xorta waħda jrid jagħmel test mediku ieħor li juri li m’għandux problemi ta’ saħħa li jimpeduh milli jilgħab. Pirlo spjega llum li m’hemmx iż-żmien biex issir dil-proċedura kollha sa għada filgħaxija.

Matthew Scerri

Lockdown li jista’ jeffettwa lil Napoli u lil Benevento

Il-President tar-reġjun Campania, De Luca qed jhedded mill-ġdid lis-Serie A. Fil-fatt hu mhuwiex jeskludi li jkollu jordna lockdown fir-reġjun tiegħu minħabba l-imxija tal-Covid. Jekk verament ikun hemm lockdown, allura dan ikun ifisser li Napoli u Benevento ma jkunux jistgħu jinżlu fil-grawnd għall-partiti tas-Serie A. Huma la jkunu jistgħu jilqgħu timijiet f’darhom u wisq inqas imorru jilagħbu barra minn darhom. Dan dejjem jekk Napoli u Benevento ma jingħatawx permess speċjali biex ikompli għaddejjin bil-logħob minkejja l-lockdown. Insomma, sitwazzjoni tassew imħawda u l-kampjonat tas-Serie A jaf verament ikollu xi interuzzjonijiet dis-sena.

Matthew Scerri

Intemmet il-kwarantina tat-tim Juventin

Wasal fi tmiemu l-iżolament ‘fiduciario’ tat-tim Juventin hekk kif għaddew l-għaxart ijiem tal-kwarantina skont ma titlob il-liġi Taljana. Il-perjodu ta’ iżolament kien beda hekk kif McKennie kien instab pożittiv għall-Covid.

Matthew Scerri

McKennie fieq!

Weston McKennie fieq mill-Covid-19. Hu ttestja negattiv fl-aħħar swab test li sarlu lbieraħ. L-aħbar tal-fejqan ta’ McKennie ngħatat direttament minn Juventus. Skont il-protokoll tal-FIGC, McKennie se jkun jista’ jilgħab għada kontra Verona. S’issa m’hemm l-ebda aħbar ġdida dwar Ronaldo u nifhmu li għadu pożittiv għax li kieku fieq, żgur kienet tingħata l-aħbar flimkien ma’ dik ta’ McKennie.

Matthew Scerri

Ronaldo għadu pożittiv għall-Covid-19?

S’issa għadna ma nafux uffiċjalment x’kien ir-riżultat tal-iswab test ta’ Ronaldo li sar ilbieraħ. Fil-Portugall qed jiktbu li Ronaldo għadu pożittiv, liema aħbar ingħatat anki minn Di Marzio. Suppost għada se jsirlu swab test ieħor u jekk jagħti riżultat negattiv, Ronaldo jkun jista’ jtemm il-kwarantina tiegħu peress li jkunu għaddew l-għaxart ijiem li bil-liġi persuna marida bil-Covid trid tagħmel fl-Italja. Ovvjament jekk ikun għadu pożittiv, dir-regola ma tapplikax u l-kwarantina jkollha tibqa’ għaddejja sakemm ifieq.

Matthew Scerri

Illum inkunu nafu jekk Ronaldo hux se jkun jista’ jilgħab kontra Barcellona

Illum hi ġurnata importanti biex inkunu nafu jekk Ronaldo fieqx mill-Covid-19 u fl-istess ħin insiru nafu jekk huwiex se jkun jista’ jilgħab kontra Barcellona bħal-lum ġimgħa. Fil-fatt illum se jsirlu swab test ieħor. Infakkru li skont il-protokoll tal-Uefa, plejer ikun jista’ jilgħab fil-kompetizzjonijiet Ewropej jekk ikun ilu ġimgħa negattiv għall-virus.

Matthew Scerri