Paratici: “Ronaldo mhuwiex biss plejer”

MatthewJuve News Leave a Comment

“Irridu nkunu lkoll responsabbli għax hu mument ta’ inċertezza kbira. Ronaldo ma naħsibx li hu biss plejer u atleta imma persunaġġ ta’ livell għoli. Il-paga tiegħu tinkludi ħafna affarijiet li jmorru lil hinn mill-wirjiet fil-grawnd. Hemm anki dak li hu jirrappreżenta għall-klabb. Hu l-iktar persuna magħrufa fid-dinja.” Hekk tkellem Fabio Paratici ma’ Sky fejn staqsewh dwar il-paga li Ronaldo jaqla’ …

Spjegat il-ġest ta’ Ronaldo

MatthewJuve News Leave a Comment

Qed ikun irrapurtat li l-ġest ta’ Ronaldo nftiehem ħażin. Fil-fatt Ronaldo ma tefax il-flokk ta’ Juventus mal-art. Allegatament kien hemm ballboy li talbu l-flokk u allura Ronaldo neża’ l-flokk u waddbu lejn dat-tfajjel. Fil-verità fir-ritratti li dehru online Ronaldo ma jidhirx jitfa’ l-flokk lejn l-art. Matthew Scerri  

Ronaldo b’ċans tajjeb li jkun it-topscorer tas-Serie A

MatthewJuve News Leave a Comment

Cristiano Ronaldo saħħaħ il-pożizzjoni tiegħu f’ras il-klassifika tal-Aqwa Skorers tas-Serie A f’dan l-istaġun. S’issa hu skurja 23 gowl fil-kampjonat. Warajh insibu lil Lukaku b’19-il gowl. Għaldaqstant Ronaldo jidher li għandu ċans tajjeb li jkun it-topscorer tas-Serie A dis-sena. Ta’ min jgħid li mis-sena 2000 ‘l hawn żewġ plejers Juventini biss rebħu l-klassifika tat-topscorer: Trezeguet (2001/02 b’24 gowl) u Del Piero …

Tliet gowls f’32 minuta …

MatthewJuve News Leave a Comment

Tliet gowls f’32 minuta. Hekk wieġeb Cristiano Ronaldo għall-kritika li qala’ wara li Juventus sfaw eliminati miċ-Champions League. Mhix ovvjament l-ewwel darba li skurja hattrick. Darba waħda biss, però, irnexxilu jiskurja tliet gowls f’inqas ħin mil-lum. Fil-fatt fl-2015 kien skurja hattrick kontra Espanyol f’20 minuta. Matthew Scerri

Paratici: “Ronaldo għadu l-futur ta’ Juventus”

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara li lbieraħ Pirlo ddikjara li Ronaldo hu “fiċ-ċentru tal-proġett” ta’ Juventus, illum kien imiss lil Paratici li jitkellem fuq l-istess linji. “Ronaldo għadu l-futur ta’ Juventus. Jaqbadni d-daħk. Fil-karriera tiegħi qatt ma ħsibt li Ronaldo se jkun fil-mira tal-kritika jew li xi ħadd se jsaqsi jekk kienx akkwist tajjeb jew le. Qed nitkellmu fuq plejer li fl-2020 skurja 40 …