Posts

Żvelat il-flokk il-ġdid ta’ Juventus

Fil-partita kontra Cremonese se jiddebutta l-flokk il-ġdid ta’ Juventus li se jkun qed jintuża l-istaġun 2023\24. Hu flokk bi stil modern, b’burduri solor.

Żvelat it-tielet flokk ta’ Juventus

Illum ġie żvelat b’mod uffiċjali t-tielet flokk li Juventus se jkunu qed jużaw f’dan l-istaġun. Hu flokk b’disinn modern ħafna u magħmul kollu kemm hu minn materjali riċiklati. Il-kuluri tal-flokk huma l-blu u r-roża, żewġ kuluri assoċjati mal-istorja tal-klabb Juventin. Fuq l-ispalla hemm l-istrixxi tipiċi tal-flokkijiet tal-Adidas. Dawn l-istrixxi flimkien mal-logos ta’ Juventus u tal-Adidas huma ta’ kulur abjad. L-isponsor Jeep hu bil-kitba blu b’pattern ‘elettriku’ kif diġà rajna fuq l-ewwel żewġ flokkijiet ta’ Juventus għal dis-sena.

Matthew Scerri