Posts

Stqarrija tal-AIA dwar il-gowl imħassar lil Milik

Fi stqarrija maħruġa mill-AIA ġie ċċarat li fil-VAR room ma kellhomx aċċess għall-filmat li deher tard sal-lejl b’rabta mal-gowl imħassar lil Milik fi tmiem Juventus-Salernitana. Il-kumpanija li tipprovdilhom il-filmati kkonfermat li l-filmat wide angle li fih jidher Candreva ħdejn il-bandiera tal-corner ma kienx aċċessibbli għall-VAR Room. Fi kliem ieħor ir-referees Marcenaro ntwera biss il-filmat li rajna waqt il-partita bil-camera ffukata biss fuq dak li kien qed jiġri fil-kaxxa l-kbira ta’ Salernitana.

Matthew Scerri

Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Juventus-Salernitana

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Salernitana

Il-plejers mgħajta minn Allegri għall-partita tal-lejla kontra Salernitana huma:

Gowlers: Pinsoglio, Perin, Garofani;
Difensuri:De Sciglio, Bremer, Danilo, Alex Sandro, Gatti, Bonucci, Rugani;
Plejers ta’ nofs il-grawnd: McKennie, Cuadrado, Kostic, Miretti, Paredes, Fagioli;
Attakkanti: Vlahovic, Milik, Kean, Soulé, Iling-Junior.

Matthew Scerri

Rabiot jaf jitlef Juventus-Salernitana

Skont Tuttosport, apparti Locatelli anki Rabiot jaf jitlef il-partita tal-lejla kontra Salernitana. Hu fil-fatt għadu jħoss uġigħ fl-għaksa wara d-daqqa li qala’ madwar ġimaghtejn ilu. Probabbli li Allegri ma jirriskjahx il-lejla bit-tama li jilħaq jirkupra għall-partita kontra Benfica ta’ nhar l-Erbgħa. Ilbieraħ Allegri na se ma xejn dwaru u allura għandna nassumu li jekk ma jilgħab hu biss b’mod prekawzjoni. F’dan l-istadju, pero’, tajjeb ngħidu li hemm inċertezza sħiħa dwar kemm verament Locatelli u Rabiot se jkunu laħqu rkupraw sa nhar l-Erbgħa.

Matthew Scerri