Posts

Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Juventus-Spezia

Bernardeschi hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Spezia

Bernardeschi ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Spezia. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 66% tal-voti, segwit minn Ronaldo b’17% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Juventus-Spezia bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Spezia. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

Juventus-Spezia 3-0

Juventus lura għar-rebħ fil-kampjonat. Minkejja numru kbir ta’ plejers neqsin minħabba injury, il-Bianconeri rnexxilhom jiksbu tliet punti mistħoqqa anki jekk l-wirja ma kinitx (u ma setgħetx tkun minħabba l-ammont ta’ injuries) partikolarment tajba. Morata u Bernardeschi kienu fundamentali biex Juventus setgħu jiżblukkaw il-partita. Wara li Morata fetaħ l-iskor, il-Bianconeri dehru mentalment iktar liberi u kien faċli għalihom jirbħu bl-iskor ta’ 3-0.

JUVENTUS-SPEZIA 3-0

Skurjaw: Morata (J), Chiesa (J), Ronaldo (J)

Juventus (3-5-2): Szczesny; Danilo, Demiral, Alex Sandro; Chiesa (Ramsey), Bentancur, Rabiot, McKennie (Morata), Frabotta (Bernardeschi); Ronaldo, Kulusevski (Di Pardo). Kowċ: Pirlo.

Spezia (4-3-3): Provedel; Vignali, Terzi, Erlic, Marchizza; Estevez, Leo Sena, Maggiore (Acampora); Farias (Verde), Nzola (Galabinov), Gyasi. Kowċ: Italiano.

Referee: Sacchi.

Karti sofor: Frabotta (J), Demiral (J).

Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jibdew Juventus u Spezia

Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, Demiral, De Ligt, Alex Sandro; Chiesa, Bentancur, Rabiot, McKennie; Ronaldo, Kulusevski. 

Spezia (4-3-3): Provedel; Vignali, Terzi, Erlic, Marchizza; Estevez, Leo Sena, Maggiore; Farias, Nzola, Gyasi. 

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Spezia

Pirlo rkupra lil Morata u lil Fagioli għall-partita tal-lejla kontra Spezia. Il-plejers kollha mgħajta huma:

Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Buffon.

Difensuri: De Ligt, Alex Sandro, Danilo, Demiral, Di Pardo, Dragusin, Frabotta.

Plejers ta’ nofs il-grawnd: Ramsey, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Fagioli, Kulusevski, Peeters.

Attakkanti: Ronaldo, Morata, Aké.

Matthew Scerri