Posts

Uffiċjali: Miretti ġedded sal-2027

Miretti ffirma kuntratt ġdid li jorbtu ma’ Juventus sal-2027. Juventus jemmnu ħafna fih u riedu jkunu ċerti li jiffirma kuntratt li jdum iktar fiż-żmien bil-għan li hu jkun wieħed mill-pilastri tal-ġejjieni tat-tim.

Matthew Scerri

L-eżitu tat-testijiet ta’ Miretti

Fabio Miretti kien fil-JMedical dalgħodu għat-testijiet mediċi wara l-injury li sofra lejn tmiem l-Ewwel Taqsima ta’ Salernitana-Juventus. Kien ikkonfermat li għandu ‘distorsione’ fl-għaksa u ġie eskluż li għandu ksur. Issa se jkun qed jingħata l-fiżjoterapija biex jirkupra mill-injury. Sa dalgħodu stess hu kellu juża l-krozzi biex jimxi. Fl-istqarrija ta’ Juventus m’hemmx indikazzjoni kemm se jdum barra. Rapporti mhux uffiċjali jsostnu li għandu minn tal-inqas tliet ġimgħat barra.

Matthew Scerri

Injury għal Miretti mat-tim nazzjonali

Fabio Miretti sofra injury waqt li kien impenjat mat-tim nazzjonali Taljan ta’ taħt il-21 sena. Fil-fatt waqt is-sessjoni ta’ taħriġ tal-bieraħ u qala’ daqqa fl-għaksa u għandu uġigħ qawwi. Tant hu hekk li ntbagħat lura Turin fejn se jkun inviżtat mit-tobba ta’ Juventus li għandhom jistabilixxu l-entità tal-injury u kif għandu jiġi kkurat.

Matthew Scerri

Miretti u Rovella x’aktarx jibqgħu ma’ Juve. Fagioli lejn self għal darba oħra

Min se jibqa’ miż-żghar? Domanda li għamilniha kemm-il darba. L-uniku li jidher ċert li se jibqa’ hu dejjem Miretti. Rovella wkoll qed ikollu wirjiet tajbin u hu maħsub li jibqa’ ma’ Juventus jekk ma jkunux jistgħu jieħdu lil Paredes (qabel iġibuh iridu jneħħu lil Arthur, Zakaria jew xi midfielder ieħor). Fagioli, li s’issa għadu ma lagħabx minuta, probabbli jkun misluf lil Cremonese. Din hi s-sitwazzjoni kif tidher bħalissa. Ovvjament daqt inkunu nafu l-verita’ kollha hekk kif is-suq tat-trasferimenti wasal biex jagħlaq.

Matthew Scerri