Uffiċjali: Morata b’self ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Andrea Pirlo għandu issa l-attakkant il-ġdid għat-tim tiegħu. Alvaro Morata ngħaqad b’self ma’ Juventus, liema self ġie mħallas 10 miljuni minn Juventus. Fil-ftehim bejn Juventus u Atletico Madrid hemm il-possibbiltà li fis-sajf 2021 il-Bianconeri jerġgħu jżommu lil Morata b’self bil-ħlas ta’ 10 miljuni oħra jew inkella jixtruh għal kollox għal 45 miljun. F’każ li anki s-sena d-dieħla Morata jibqa’ b’self …

Dalgħodu t-testijiet mediċi ta’ Morata

MatthewJuve News Leave a Comment

Alvaro Morata wasal Turin tard dal-lejl u wara l-mistrieħ mistħoqq dalgħodu se jkun qed imur fil-JMedical għat-testijiet mediċi qabel jiffirma l-kuntratt ma’ Juventus. Illejla stess x’aktarx se tkun qed tingħata l-aħbar uffiċjali tat-trasferiment tiegħu ma’ Juventus. Matthew Scerri

Suarez. Qed jingħad minn kollox

MatthewJuve News Leave a Comment

Jum ieħor ta’ stennija u tertieq il-qalb għas-supporters Juventini li qed jistennew żviluppi dwar Suarez. Illum kellna rollercoaster ta’ aħbarijiet. L-ewwel bdew Deportes Cuatro li taw l-aħbar li Suarez jippreferi jingħaqad ma’ Atletico, filwaqt li Morata jixtieq jirritorna ma’ Juventus. Imbagħad TV3 bdew jirrapurtaw li Koeman baqa’ sorpriż b’dak li ra mingħand Suarez waqt it-taħriġ. Imbagħad, tkellem il-ġurnalist Guillem Balague …

Juventus offrew 50 miljun għal Morata

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont Marca fis-sigħat li għaddew Juventus ressqu offerta ta’ 50 miljun għal Alvaro Morata. L-offerta ma ġietx milqugħa minn Atletico Madrid peress li huma xtrawh iktar minn hekk mingħand Chelsea. Barra minn hekk Atletico Madrid infurmaw lil Juventus li Morata se jitħalla jitlaq biss jekk titħallas il-penali ta’ 150 miljun Ewro li stipulata fil-kuntratt tiegħu biex ikun jista’ jittermina l-kuntratt …

Morata qabeż lil Dzeko fil-preferenzi ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Minn dak li qed naqraw fil-gazzetti Taljani jidher li nbidlet sew il-ġerarkija tal-preferenzi għall-attakkant il-ġdid ta’ Juventus. Suarez għadu fuq quddiem nett u kollox jindika li verament hu se jkun l-attakkant li se jieħu post Higuain. Madankollu għadi fadal xi intoppi (il-passaport u l-ftehim ma’ Barcellona) li jistgħu jwasslu biex finalment it-trasferiment ma’ jseħħx. Għaldaqstant Paratici qed jikkunsidra plejers oħra. …