Posts

Bidliet fin-numri tal-flokkijiet tal-plejers Juventini

Bidliet sinifikattivi fin-numru tal-flokkijiet ta’ uħud mill-plejers ta’ Juventus. Tħabbar fil-fatt li Locatelli se jkun qed jilgħab dis-sena bil-flokk numru 5 fuq dahru. Dan-numru lagħab bih Arthur fl-aħħar sentejn u għaldaqstant ħafna qed jaqraw dil-bidla bħala sinjal li Juventus iridu verament ‘jeħilsu’ mill-Brażiljan. Arthur għalissa ngħata l-flokk numru 29. Bidla oħra hi li McKennie mhux se jkollu iktar il-flokk numru 14, iżda minflok se jilgħab bin-numru 8. Miretti wkoll bidel in-numru tal-flokk u issa se jkollu n-numru 20.

Infakkru wkoll in-numri tal-plejers il-ġodda:
3 – Bremer; 10 Pogba; 13 – Rovella; 15- Gatti; 17 – Kostic; 22 – Di Maria; 44 – Fagioli

Matthew Scerri