Posts

Akkuża serja fil-konfront ta’ Portanova

Manolo Portanova ta’ Genoa jinsab mixli li flimkien ma’ tliet ġuvintur oħra abbuża sesswalment minn tfajla kontra r-rieda tagħha waqt fest privata f’Siena. JIdher li hu bħalissa jinsab taħt stat ta’ arrest domiċiljari u nhar it-Tnejn se jkun interrogat mill-Maġistrat Inkwirenti.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Juventus xtraw lil Rovella. Portanova u Petrelli ma’ Genoa

Juventus iddepożitaw fl-uffiċini tal-Lega Calcio l-kuntratt tax-xiri ta’ Nicolò Rovella. Hu se jibqa’ b’self għal sitt xhur ma’ Genoa. Il-klabb ta’ Preziosi xtara mingħand Juventus lil Manolo Portanova u Elia Petrelli.

Matthew Scerri

Testijiet mediċi għal Rovella

Illum fil-JMedical inżammu t-testijiet mediċi ta’ Nicolò Rovella qabel ikun jista’ jiffirma l-kuntratt ma’ Juventus u jirritorna ma’ Genoa b’self għal sitt xhur. Manolo Portanova diġà għamel it-testijiet għal Genoa hekk kif se jkun parti mill-ftehim bejn il-klabbs.

Matthew Scerri

Juventus qrib li jiffinalizzaw il-ftehim għal Rovella

Juventus jinsabu pass ‘il bogħod milli jixtru lil Nicolò Rovella mingħand Genoa. Hu se jkun imħallas 9 miljuniu se jibqa’ misluf lil Genoa. Il-klabbs qed jitkellmu anki dwar Portanova, għalkemm jidher li eventwalment dat-trasferiment mhux se jkun marbut ma’ dak ta’ Rovella.

Matthew Scerri

Bdil Pavoletti-Portanova

Tkompli t-tfittxija ta’ attakkant riserva għal Juventus mingħajr l-infieq ta’ ħafna flus. Wara li ssemmew xi plejers li għandhom kuntratt li daqt jiskadi (Milik u Depay), kif ukoll l-eks plejer Llorente, issa qed jissemma b’saħħa Leonardo Pavoletti ta’ Cagliari. Skont xi siti Taljani, jista’ jkun li Juventus u Cagliari jilħqu ftehim bejniethom biex ipartu b’self lil Pavoletti u lil Portanova. Il-jiem li ġejjin jistgħu jkunu deċiżivi biex Paratici jiffinalizza d-dettalji tat-trasferiment tal-attakkant il-ġdid tal-Bianconeri.

Matthew Scerri