Tkompli l-kumpilazzjoni tal-kawża fil-Qrati Ċivili
Kompliet il-kumpilazzjoni tal-kawża fil-Qrati Ċivili kontra Juventus u eks uffiċċjali tagħha b’rabta mal-inkjesta maġisterjali li ġġib l-isem ta’ Prisma. Illum il-partijiet dehru quddiem l-Imħallef Marco Picco għall-‘udienza preliminari’. Intlaqgħu t-talbiet ta’ min qed ikun parti ċivili f’dil-kawża. Fost l-oħrajn hemm xi share-holders ta’ Juventus li lesti jitolbu d-danni lil Juventus u lill-awdituri Ernst & Young f’każ li jkun stabbilit li twettqu xi irregolaritajiet mill-amministraturi tal-klabb. L-Imħallef ddeċieda li s-seduta titmexxa tal-lum tiġi sospiża u ssir minflok fl-10 ta’ Mejju bil-għan lil-avukati ta’ Juventus u Ernst & Young ikunu jistgħu jiflu d-dokumenti mressqa mill-avukati tal-parti ċivili. Wara l-Imħallef ikun qed jiddeċiedi jekk it-talbiet tal-parti ċivili għandhomx jintlaqgħu. Barra minn hekk irid jiddeċiedi wkoll jekk: (1) hemmx biżżejjed provi biex il-kawża titkompla; u (2) jekk il-kawża għandhiex tkun kompetenza tal-Qorti ta’ Turin jew dik ta’ Milan (kif qed jitolbu Juventus).
Matthew Scerri