Posts

Dejjem iktar probabbli t-trasferiment ta’ Rugani ma’ Valencia

Valencia jinsabu f’taħdidiet ma’ Juventus għal Daniele Rugani. Il-klabbs qed jiddiskutu bejniethom fuq liema bażijiet se jseħħ it-trasferiment. Valencia talbuh b’self mingħajr ebda dritt jew obbligu li jixtruh għal kollox. Juventus, min-naħa tagħhom qed jitolbu somma bejn 20 u 25 miljun Ewro. Finalment jista’ jkun li l-partijiet isibu ftehim bejniethom fuq bażi ta’ self li jkun imħallas u l-obbligu għal Valencia li jixtruh għal kollox jekk jintlaħqu ċerta miri stabbiliti minn qabel.

Matthew Scerri

West Ham f’kuntatti ma’ Juventus għal Rugani

Allegatament West Ham għamlu kuntatt uffiċjali ma’ Juventus bil-għan li jiksbu lil Daniele Rugani. S’issa jidher li l-Hammers kienu l-uniċi li marru lil hinn minn sempliċi interess f’Rugani. Juventus qed jitolbu somma bejn 20 u 25 miljun Ewro għalih.

Matthew Scerri

Rugani segwit minn Milan

Milan jidhru li jinsabu mill-ġdid interessati li jiksbu lil Daniele Rugani. Hu ssemma magħhom diversi drabi fil-passat u fl-aħħar jiem kellna diversi rapporti li r-Rossoneri daqt jagħmlu tentattiv ieħor biex jiffirmawh. Madankollu l-indikazzjonijiet huma li għalissa Juventus se jżommuh hekk kif De Ligt jinsab barra sa Novembru, filwaqt li Demiral u Chiellini għadhom qed jirkupraw minn injuries gravissimi.

Matthew Scerri

Rugani mistenni jibqa’ ma’ Juventus

Daniele Rugani finalment jaf ma jitlaqx lil Juventus. Skont Tuttojuve.com, diversi klabbs urew interess fih. Min-naħa tagħhom, Juventus ma jidhrux disposti jitilquh minn idejhom sakemm ma tasalx offerta tajba ta’ bejn 25 u 30 miljun Ewro.

Matthew Scerri