Posts

Sarri mistenni jinħatar kowċ ta’ Fiorentina

Maurizio Sarri jinsab qrib ferm li jinħatar kowċ ta’ Fiorentina. Iachini daqrt jitkeċċa u probabbli li wara l-waqfa ta’ Novembru, Sarri se jkun laħaq xolja l-kuntratt ma’ Juventus u ffirma għal Fiorentina. Sarri, tajjeb infakkru, għex tfulitu f’Figline Valdarno ftit kilometri ‘l bogħod minn Firenze.

Matthew Scerri

Sarri minflok Iachini bħala kowċ ta’ Fiorentina?

Hu dejjem iktar probabbli li Fiorentina jkeċċu lill-kowċ Giuseppe Iachini wara li l-istaġun tagħhom beda fuq nota pjuttost negattiva. Ilbieaħ Fiorentna kisbu biss draw kontra Spezia u f’dan is-sigħat qed ikun deċiż il-futur ta’ Iachini. Jekk jitkeċċa, Sarri hu l-kandidat numru wieħed li joħodlu postu. Qablexejn, imma, Sarri jkun irid jinħall mill-kuntratt ma’ Juventus u allura hemm ċans tajjeb li Juventus jiffrankaw il-paga li kien se jkollhom jagħtu lil Sarri fis-sentejn li ġejjin.

Matthew Scerri

Sarri f’taħdidiet ma’ Juventus biex jittermina l-kuntratt tiegħu

Juventus probabbli se jkunu qed jiffrankaw il-paga ta’ Maurizio Sarri. Fil-fatt ħabib kbir tiegħu, ċertu Virgili, żvela ma’ Tuttosport li Sarri jinsab f’taħdidiet ma’ Juventus biex ikun itterminat il-kuntratt tiegħu. Sarri jixtieq ħafna li l-kwistjoni tkun solvuta malajr sabiex sal-Milied ikun jista’ jieħu f’idejh it-tmexxija ta’ tim ieħor.

Matthew Scerri