Posts

27 plejer Juventin rebaħ it-Tazza tad-Dinja

Juventus huma l-klabb bl-akbar numru ta’ plejers tiegħu li rebħu t-Tazza tad-Dinja matul is-snin. B’kollox kien hemm 27 plejer Juventin li saru Champions tad-dinja ma’ pajjiżhom, bl-aħħar tnejn ikunu Di Maria u Paredes li żdiedu fil-lista proprju lbieraħ.

Il-plejers Juventini kollha li rebħu t-Tazza tad-Dinja huma:

Bertolini, Varglien, Caligaris, Borel, Combi, Ferrari, Monti, Orsi u Rosetta (1934)
Foni u Rava (1938)
Zoff, Cabrini, Gentile, Scirea, Tardelli u Rossi (1982)
Deschamps u Zidane (1998)
Buffon, Cannavaro, Del Piero, Camoranesi u Zambrotta (2006)
Matuidi (2018)
Di Maria e Paredes (2022)

Matthew Scerri

Rabiot jista’ jitlef il-Finali minħabba virus

Adrien Rabiot jista’ jkun qed jitlef il-finali tat-Tazza tad-Dinja wara li laqqat virus (imsejjaħ il-virus tal-iġmla). Hi speċi ta’ influwenza li mhix tħalli lil Rabiot jittrenja. Apparti Rabiot hemm anki sħabu tat-tim Upamecano u Coman li ħadu l-virus. Huma ġew iżolati mill-bqija ta’ sħabhom sabiex ma jgħaddulhomx il-virus. Fl-istess ħin qed jingħataw kull kura possibbli sabiex jilħaq jgħaddilhom sa nhar il-Ħadd.

Matthew Scerri

Il-pjanijiet ta’ Juventus għal waqt li tkun għaddejja t-Tazza tad-Dinja

L-istaġun 2022/23 hu wieħed anomalu minħabba li għall-ewwel darba fl-istorja t-Tazza tad-Dinja se tintlagħab fix-xitwa. Il-kampjonat domestiċi se jkunu weqfin minn nofs Novembru sa ftit wara l-Milied. Qed jissemma li Juventus se jkunu qed jilagħbu xi partiti ta’ ħbiberija fil-ħamsin jum ta’ waqfa. Mhux eskluż lanqas li Juventus jorganizzaw jew jieħdu sehem f’xi tournament. L-għan wara dan kollu hu li t-tim ma jaqtax għal kollox mil-logħob bil-konsegwenza li jitlef il-match practice.

Mathew Scerri

Il-Fifa u l-Uefa jissospendu lit-tim nazzjonali u l-klabbs Russi

It-tim nazzjonali Russu mhux se jitħalla jilgħab fil-Play-Offs tat-Tazza tad-Dinja filwaqt li l-Uefa ssospendiet lill-uniku klabb Russu li attwalment jinsab impenjat fil-kompetizzjonijiet Ewropej: Spartak Moscow li qed jilgħab fl-Europa League. It-tim nazzjonali Russu u l-klabbs Russi huma sospiżi mill-kompetizzjonijiet kollha tal-Fifa u tal-Uefa mil-lum ‘il quddiem sakemm jinħareġ avviż ieħor. Id-deċiżjoni ttieħdet b’rabta mal-guerra fl-Ukrajna.

Matthew Scerri