Posts

Żewġ plejers ma qagħdux għat-tisfir tas-supporters

Fi tmiem Juventus-Benfica, il-plejers Juventini marru taħt il-Curva bħas-soltu biex isellmu lis-supporters. Huma kienu milqgħuha minn ħafna tisfir. Bonucci stess wara kkummenta li Juventus ħaqqhom dat-tisfir. Tajjeb ngħidu li qatt ma ġrat fl-istorja li Juventus tilfu l-ewwel żewġ partiti tal-grupp taċ-Champions League. Allegri kien qalilna li biex ngħaddu rridu 10 punti. Fadal 12-il punt li nistgħu nieħdu u onestament dat-tim diffiċli li jikseb 10 punti fl-erba’ partiti li fadal!

Filmati li dehru fuq Twitter juru sew li kien hemm żewġ plejers li ma qagħdux għat-tisfir tas-supporters u għażlu li joħorġu mill-grawnd. Il-plejers huma Di Maria u Paredes. Di Maria deher nervuż ferm wara l-partita u hemm filmati tiegħu jitkellem b’mod irrabjat ma’ Milik. Skont l-interpretazzjoni ta’ ħafna, Di Maria kien irrabjat għax Allegri bidel lil Milik ma’ Kean. Ma nafux jekk dan huwiex minnu. Li hu żgur hu li fi tmiem il-partita, hu baqa’ f’nofs il-grawnd u ma marx ma’ sħabu taħt il-Curva. Imbagħad malli sema’ l-ewwel tisfir tas-supporters, Di Maria qabad u mexa lejn id-dressing room. Paredes, mill-banda l-oħra, mexa lejn il-Curva għalkemm baqa’ iktar lura minn sħabu. Malli beda t-tisfir hu dar u telaq ‘il ġewwa.

Matthew Scerri

Alex Sandro, Rabiot u Locatelli mistennija jitilfu Juventus-Benfica

Għada Allegri mistenni jkollu neqsin lil Locatelli, Rabiot u Alex Sandro. It-tlieta li huma llum ma ttrenjawx mal-bqija ta’ sħabhom u normalment din hi indikazzjoni li l-plejers mhux se jkunu jistgħu jilagħbu. Di Maria, mill-banda l-oħra, ttrenja mat-tim b’mod normali u għaldaqstant se jkun mgħajjat. Illejla, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, Allegri se jkun jista’ jispjega eżattament liema plejers mhux se jkunu jistgħu jilagħbu u forsi jagħti indikazzjoni dwar meta se jkunu jistgħu jidħlu lura fl-azzjoni.

Matthew Scerri

Referee Ġermaniż għal Juventus-Benfica

L-Uefa ħatret lir-referee Ġermaniż, Felix Zwayer biex imexxi l-partita bejn Juventus u Benfica. Il-partita, tajjeb infakkru, se tintlagħab l-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2022 fid-9.00 ta’ filgħaxija.

Matthew Scerri

Benfica dejjem kienu għadma iebsa għal Juventus

Juventus u Benfica se jkunu qed jiltaqgħu għas-seba’ darba fil-kompetizzjonijiet Ewropej. Fis-sitt partiti li ntlagħbu s’issa, Benfica rebħu erba’ darbiet. Darba waħda biss Juventus għelbu lil Benfica u l-partita l-oħra ntemmet draw. Il-konfronti kienu maqsumin bejn Tazza taċ-Champions, Tazza Uefa u Europa League.

Matthew Scerri

Ara x’qalu Bonucci u Allegri lejlet PSG-Juventus

Il-plejers mgħajta minn Allegri għall-partita kontra PSG

Angel Di Maria se jitlef il-partita kontra l-eks tim tiegħu ta’ PSG. Hu ma rkuprax għal kollox fiżikament u ma ġiex mgħajjat għall-partita t’għada. Anki Szczesny għadu barra, filwaqt li Rabiot irkupra.

Il-plejers mgħajta huma:

Gowlers: Pinsoglio, Perin, Garofani.
Difensuri: De Sciglio, Bremer, Danilo, Alex Sandro, Gatti, Bonucci, Rugani
Plejers ta’ nofs il-grawnd: Locatelli, McKennie, Cuadrado, Kostic, Miretti, Rabiot, Paredes, Fagioli.
Attakkanti: Vlahovic, Milik, Kean, Soulé.

Matthew Scerri