Posts

Diversi plejers esklużi mit-tim Juventin

Qed jingħataw iktar dettalji dwar xi deċiżjonijiet li ttieħdu waqt laqgħa bejn Giuntoli, Manna u Allegri. Apparti Bonucci u McKennie, jidher li anki Arthur, Zakaria, Pellegrini u Pjaca huma wkoll esklużi mit-tim Juventin u mhux se jitħallew imorru l-Amerka. Kollha kemm huma ma jiffirmawx iktar mill-pjanijiet ta’ Allegri u allura se jiġu esklużi mit-tim bit-tama li jiġu sfurzati bil-pulit isibu tim ieħor.

Matthew Scerri

Uffiċjali t-trasferiment ta’ Zakaria ma’ Chelsea

Juventus ħabbru d-dettalji tal-ftehim ma’ Chelsea sabiex Denis Zakaria jingħaqad mal-klabb Ingliż b’self għal sena. Chelsea se jħallsu 3 miljun Ewro għal das-self, u hemm 1 miljun Ewro ieħor f’bonuses. Is-sena d-dieħla, Chelsea jkunu jistgħu jixtruh għal kollox għal 28 miljun Ewro, flimkien ma’ 5 miljuni oħra f’bonuses.

Matthew Scerri

Zakaria lejn self ma’ Chelsea

Denis Zakaria qed jagħmel it-testijiet mediċi f’Turin sabiex jingħaqad b’self ma’ Chelsea. Il-klabb Ingliż se jkollu d-dritt li jixtrih għal kollox is-sena d-dieħla allegatament għal 30 miljun Ewro.

Matthew Scerri

Roma interessati ferm f’Zakaria

Wara biss sitt xhur Zakaria jista’ jitlaq lil Juventus. Roma jriduh peress li tilfu lil Wijnaldum sal-aħħar tas-sena. Pinto diġa’ għamel kuntatt ma’ Juventus. Roma jriduh b’self filwaqt li Juventus qed jippruvaw ibigħuh għal kollox għal 18-20 miljun. Fi kliem ieħor hemm differenza sostanzjali bejn domanda u offerta. Madankollu Juventus bħalissa jridu bilfors ineħħu midfielder biex ikunu jistgħu jiffirmaw lil Paredes, liema plejer jinsab fil-mira ta’ Roma ukoll. Għaldaqstant hu fl-interess ta’ Juventus li jikkuntentaw lil Roma dwar Zakaria.

Matthew Scerri

Tlieta dubjużi għal Sampdoria-Juventus

Tliet plejers Juventini jinsabu dubjużi għall-partita Sampdoria-Juventus. It-tliet plejers huma Bonucci, Zakaria u Fagioli. Bonucci probabbli se jkollu jitlef il-partita, filwaqt li Zakaria u Fagioli se jkunu qed jagħmlu sforz biex ikunu għad-dispożizzjoni ta’ Allegri. Nafu li Zakaria kellu bugħawwiġ lejn tmiem il-partita kontra Sassuolo u milli jidher matul dil-ġimgħa ma setax jittrenja sew minħabba li ħassu għajjien. Xejn gravi ovvjament, l-istess bħal Fagioli, imma rridu nistennew li mhuwiex se jkun mija fil-mija f’sikktu. Hu forsi x’aktarx minħabba f’hekk li Rabiot mistenni jibda mill-ewwel minuta mionflok Zakaria kontra Sampdoria.

Matthew Scerri

Min jista’ jitlaq min-nofs il-grawnd Juventin

Diversi plejers fin-nofs il-grawnd ta’ Juventus mhumiex ċerti li finalment se jibqgħu tassew ma’ Juventus. Nafu li Rabiot mhux se jkun qed jingħaqad ma’ Manchester United. Juventus kienu qed jittamaw li jbigħuh sabiex jagħmlu l-wisa’ għal Leandro Paredes. Il-midfielder ta’ PSG hu objettiv ewlieni biex jissaħħaħ nofs il-grawnd ta’ Juventus u għaldaqstant jista’ jkun li, f’każ ta’ offerta tajba, Juventus jagħżlu li jbigħu lil Zakaria jew McKennie bil-għan li jkunu jistgħu jiffirmaw lil Paredes. Fil-verità s’issa ma nafux li kien hemm offerti tajbin wisq għat-tnejn li huma, għalkemm spiss smajna li Tottenham huma interessati ferm f’McKennie. Barra minn hekk it-tnejn li huma s’issa urew li jgawdu mill-fiduċja sħiħa ta’ Allegri. ta’ min isemmi mbagħad li hemm Arthur, plejer li mhuwiex fil-pjanijiet ta’ Allegri, imma jiswa wisq għall-ftit klabbs li urew l-interess li jiksbu s-servizzi tiegħu. F’dan l-istadju kollox jindika li Arthur mhux se jkun jista’ jitlaq lil Juventus das-sajf, dejjem sakemm ma tinqalax xi offerta xi ftit jew wisq konvenjenti għal kulħadd fl-aħħar jiem tas-suq tat-trasferimenti.

F’dak li għandu x’jaqsam maż-żgħar, l-indikazzjonijiet huma li l-plejer li l-aktar ikkonvinċa lil Allegri hu Miretti. Fagioli wkoll mistenni jibqa’ ma’ Juventus, għalkemm Cremonese u Sampdoria kemm-il darba ħabbtu l-bieb ta’ Juventus biex jiksbu lill-midfielder Taljan b’self. Rovella, imbagħad, hu dejjem iktar probabbli li jingħaqad b’self ma’ Monza.

Matthew Scerri

Injury muskolari għal Zakaria. Se jdum tliet ġimgħat barra

Massimiliano Allegri tilef lil Denis Zakaria għal madwar 20 jum. Illum sarulu xi testijiet fil-JMedical u l-istaff mediku ta’ Juventus stabilixxa li minħabba l-entità tal-injury muskolari, Zakaria se jkollu jibqa’ wieqaf għal madwar tliet ġimgħat.

Matthew Scerri

Uffiċjali t-trasferiment ta’ Zakaria ma’ Juventus

Juventus ħabbru li ffirmaw lil Denis Zakaria mingħand Borussia M. Il-Bianconeri ħallsu 4.5 miljun Ewro għalih, flimkien ma’ somma oħra ta’ 4.1 miljun Ewro f’solidarity payments u ħlas ieħor dovut. Zakaria firma kuntratt ma’ Juventus sal-2026.

Matthew Scerri

Zakaria għaddej bit-testijiet mediċi

Zakaria wasal Turin matul il-lejl u dalgħodu jinsab fil-JMedical għat-testijiet mediċi u l-firma tal-kuntratt li se jorbtu ma’ Juventus. Dan-nofs ta’ nhar tat-Tnejn 31 ta’ Jannar Zakaria se jkun wieħed tassew impenjattiv għal Zakaria u uffiċjalment se tkun qed tibda l-avventura tiegħu mal-Bianconeri.

Matthew Scerri