TAZZA OHRA FIL-VETRINAby Pierre Borg
Il-futbol ghalhekk fih il-mumenti koroh u dawk sbieh u jissorprendik ukoll u nikkonfermaw dejjem li kull partita fiha l-istorja taghha.
Il-finali tal-coppa italia f’mument li konna missejna l-qiegh tal-qiegh fejn lanqas irbahna f’darna lil salernitana li kienu relegati diga, kullhadd inkluz jien qatt ma’ bsarna li ser naffrontaw din il-finali b’dan il-mod pozittiv u b’loghob u hegga li konna ilna ma’ naraw zmien.
Din il-partita tqajjmilna hafna u hafna domandi bhal mela fejn irridu nafu nilghabu bhal timijiet ohra? Mela fejn irridu nigru bhal haddiehor? Mela fejn irridu ghalkemm neqsin mil-kwalita kapaci nkunu dominanti u koncentrati? Allura nistaqsi x’setgha gara minn Jannar lil hawn biex krollaw l-affarijiet hekk f’daqqa wahda? Xi haga li ahna zgur m’ahniex ser inkunu nafu, kif f’din il-finali bosta players kienu totalment differenti bhal ezempju Vlahovic li jien tant kritikajt ghamel dak kollu li qatt prattikament ma’ ghamel u kien l-attakant li tant ghandna bzonn igib il-fawls u jtellana bil-ballun.
Anka tattikament konna perfetti man to man, linji maghluqin u kontrattakki veloci u filfatt morna fil-vantagg mal-ewwel. Ma’ nistax ma nsemmiex lil Allegri li kif ktibt fl-ahhar artiklu li nitkellem aktar il-quddiem fuqu u issa wasal dak il-mument. Nahseb hafna qed jistaqsu u issa???
Jien dejjem u ser nibqa jkolli rispett kbir lejn dan ir-ragel li ghalkemm nibqa nghid li zmienu mal-Juve wasal fi tmiemu, izda ahna kollha ghandna ghalfejn nirringrazjawh li ghalkemm dawn it-tlett snin ftit jew xejn ghamilna progress, dan ir-ragel nafu minn xhiex ghadda l-istagun l-iehor fej prattikament ghamilha ta’ kowc u ta’ dirigent b’tim mhux ta’ livell u b’socjeta mfarrka, ghamel zbalji? Hafna ukoll, aggorna ruhu tattikament? Le assolutament, fl- opinjoni tieghi baqa wisq konservattiv, izda ir-rizultat issa tah ragun ghax kull ma’ talbitu s-socjeta gabu, post fic-champions league li jfisser miljuni u issa waslet tazza ukoll. F’kelma wahda Max grazzi ta’kollox imma wasal zmien li ndawru l-pagna il-Juventus u inti personalment.
Naturalment bhalkom ferhan immens u dan is-success huwa mhux biss tazza ohra izda pedament ghal futur ghal aktar successi u tazzi.
Ahna dejjem hemm fit-tajjeb u l-hazin.
FORZA JUVE DEJJEM