TELFA FIS-SUPERCUPby Pierre Borg
Waslet telfa fis-super cup u waslu bosta konfermi fuq din l-iskwadra, fuq dan it-tim u fuq kollox fuq dan il-kowc b’decizjonijiet diskutibbli mmens u difficli tifhimom, ghalmenu jien m’hinix nifhimhom.
Ha nibda billi nesprimi d-dwejjaq tal-futbol ta’ llum li bhal kollox hlief flus ma’ jezistux! U ghaliex qieghed nghid hekk? Ghaliex li tilghab supercup bejn 4 timijiet li tnejn minnhom inkluz il-Milan ma’ kellom x’jaqsmu xejn u ser jilghabu finali bic-cans li jirbhu tazza li ma’ kellhom qatt jippartecipaw fija, imma hekk sar il-futbol flus u aktar loghbiet.
Izda nigu ghal partita, ma’ nistax nghid li konna hazin fl-ewwel taqsima anzi konna protagonisti u pussess tajjeb tal-ballun u tista tghid konna ahjar minn Milan il-hin kollu u filfatt wasal il-vantagg minn xutt sabih ta’ Yildiz, l-istess Yildiz li fil-hsieb tal-kowc ma’ kellux jilghab ma’ l-ewwel hdax. Wahda mid-decizjonijiet diskutibbli fl-opinjoni tieghi u nghid ukoll li fl-ahhar Yildiz laghab fuq in-naha li ghandu jilghab.
Bhas soltu ma’ konniex kapaci naghlqu l-partita u ergajna waqafna nilghabu totalment bis-soltu nikrollaw fizikament u mentalment u nerga nghid il-kaz tal-penalty redikolu li ghamel Locatelli ghalxejn li bih morna l-bahar, hija xhieda li dawn il-players ma’ ghandomx sahha ta’ koncentrazzjoni fihom u lanqas ghatx ta’ rebh.
Il-fortuna mhijiex tghina lanqas ghaliex it-tieni gowl kien wiehed zvinturat ghalkemm ma’ nafx Di Gregorio x’kien qed jaghmel hemm barra.
Is-sitwazzjoni mhijiex sabiha, rebhulna l-Milan li jumejn ilu keccew il-kowc u gabu iehor li bilkemm ghadu ghamel session ta’ training u rebhilna tattikament u moralment u din hija gravi immens. Nibqa nsostni li bil-kuntrarju ta’ Conceicao li ilu jumejn kowc ta’ Milan, Thiago Motta ghadu ma’ qabadx tarf ta’ x’ha jaqbad jaghmel, kif u min ser jilghab. Spicca bla kliem anka hu ghax qed jicassa u ma’ jitkellimx waqt il-loghba biex ma’ nsemmix l-istess tibdil li bihom jitfana l-bahar meta dejjem ihallina 20 minuta minghajr attakant u jaqla lil Mbangula li sa dak il-hin qeda dmiru sew.
L-ahhar artiklu spiccajtu billi saqsejtkom min hu responsabbli ta’ dan id-dizastru? It-twegiba tieghi, socjeta inezistenti, propjeta bla nteress u l-kowc li gie maghzul minnhom stess. Nerga nghid il-honeymoon spicca sfortunatament l-umiljazzjonijiet le u ahna ma’ haqniex hekk.
FORZA JUVE DEJJEM