TELFA MBASSRAby Pierre Borg
Min jghid li stenna aktar minn xi dro minn din il-loghba nahseb jew ghandu qalbu kbira jew pozittiv hafna.
Minn l-ahhar wirjiet tat-tim taghna ma’ stennejtx ahjar anzi milli qieghed nara nispera li nibzghu ghat-tajjeb kollu li sar fil-bidu ta’ l-istagun. Izda nigi ghal partita fejn pjuttost kellna l%ewwel taqsima li laghbna pjuttost tajjeb u tlifna hafna cansijiet li ma’ tistax titlef u filfatt fl-uniku xutt gol-lasta qlajna l-gowl ta’ napoli bis-soltu difiza skjerata baxxa fil-kaxxa z-zghira. Kellna c-cans ingibu dro mal-ewwel izda Vlahovic ilbierah ma’ kienx ta’ l-ahhar partiti u tilef cans enormi li ngibu dro.
Nazzarda nghid li fit-tieni taqsima konna hafna ghar mill-ewwel taqsima fejn ghamilna kwazi half shih naraw lin-napli jqasmu l-ballun lil xulxin qishom qeghdin jaghmlu xi session training. Kif sar it-tibdil u quddiem laghbna bi tlieta bi Chiesa jilghab fil-pozizzjoni naturali tieghu gibna dro. Izda dan it-tim kompla jikkonferma l-fragilita tieghu u l -mentalita li dahlet li mal-ewwel intfajna hemm wara bl-avversarju jitfa l-ballun fuq l-attakant tieghu li tant rebah blalen u gab fawls fuqu xi haga li l-attakant taghna anqas biss johlom li jaghmilom.
Waslet ingenwita ta’ zghazugh li dahal dahla inutli u naturalment il-var kontrina jahdem dejjem u perfett! Ir-ritratt ta’ l-istagun kien dan il-penalty salvat u minn rebound wasal il-gowl li tellifna l-partita.
Kienet l-ennezima loghba li weriet kemm ahna neqsin mil-kwalita u bhas-soltu appena niehdu l-ballun nitilfuh fi ftit sekondi, kemm ahna neqsin minn leader fil-grawnd fejn kulhadd jehles malajr mil-ballun u b’hafna zbalji u konfuzjoni.
Fl-opinjoni tieghi rajt l-akbar porkerijja teknika u attitudni fejn iddahhal zghazugh fl-ahhar mumenti ta’ partita tahraq immens u ghax ghamel l-penalty terga taqalghu u tumiljah fejn zgur dan it-tifel ser idum biex johrog minna mentalment.
Nerga nghid li l-biza personali tieghi s-sitwazzjoni hija kritika mmens u mhux ftit u b’dan ir-ritmu niddubita ahniex se nreggu ritmu biex nigu ma’ l-ewwel erba. U s-sitwazzjoni mhux biss fil-pitch hija gravi izda ghalija anka fis-socjeta ghaliex kif rajna l-karti sofor bdew gejjin qisom sunetti mil-bidu, il-kummidji u purcinellati ta’ president waqt il loghba rajnihom ukoll wara gimgha jghajjarna u jghid ic-cucati u minn naha taghna skiet perfett.
Nistennew sakemm jergghu jivvintaw xi haga ohra biex isawtuna, l-ahbarijiet taljani bhali tarawhom u rajtu x’rega hareg u min kien spijat illegalment, dawk huma r-rizultati gewwa u barra l-pitch ta’ propjeta bahh u inezistenti medjatikament.
Sadanittant nkomplu nassistu ghal dan l-ispettaklu medjokri li issa drajna u nselli ghal dawk kollha li kienu jghidu uuu dejjem bil-league dejjem l-istess!!
FORZA JUVE DEJJEM