Telfa Sfortunataby Pierre Borg
Telfa sfortunata, hekk iddiskrivejta it-telfa kontra Roma. Zgur li ma’ kienx haqna din it-telfa wara prestazzjoni pjuttost tajba fejn anka tul il-loghba kollha lqatna xejn anqas minn 3 darbiet il-lasta, izda l-futbol dak hu, sabih u kattiv fl-istess hin.
L-ewwel taqsima kienet pjuttost kajmana minn naha taz-zewg timijiet ghalkemm xorta konna ahjar bhala pusses tal-ballun u tattikament ukoll konna sodi. Naturalment Roma laghbu l-loghba naturali ta’ Mourinho bil-famuza frazi Ingliza park the bus u man to man u jisfruttaw il-kontrattakk. Filfatt Mourinho ghazel li jhalli lil Abraham barra u jisfrutta l-velocita ta’ Dybala u nahseb li ghall-hin twil din il-mossa ffavorit lid-difensuri taghna.
It-tieni taqsima kienet kwazi fotokopja ta’ l-ewwel taqsima ghajr li bdejna nilqghu lil Roma aktar baxxi, xi haga li anka Allegri gieli irrimarka li hafna drabi naqaw wisq lura u fl-opinjoni tieghi dan id-difett wassal ghal vantagg ta’ Roma b’xutt minn kwazi 30 metru boghod, bil-midfield taghna flok jippressa kien skjerat kollu fil-kaxxa taghna ghajr ghal Rabiot li izda bis-soltu kalma u lentezza tieghu biex jaghmel dahla wasal xutt li kien l-uniku xutt gol-lasta ta’ Roma li kien fatali ghalina.
Reazzjoni ergajna rajna, fejn kellna bosta crosses li hadt ma’ kien kapaci jisfrutta. Kellna crosses interessanti minn Kostic u di Maria li qatt ma’ sabu l-attakanti taghna lesti jikkonkludu. Ma’ nistax ma’ nsemmix lil Dusan Vlahovic li rega kien deluzjoni totali f’din il-partita ftit li xejn deher, ma’ jzomm l-ebda ballun, ma’ jgibx fawl wiehed favurina u ma’ jikkontrollax ballun kultant anka niddiskrevih artificjali fil-kaxxa, f’kelma wahda inezistenti! Nistaqsi? Tghid tort tal-loghba ta’ Allegri? Tghid m’huwiex il-player li hsibna? Tghid il-hafna ghajdut tal-mercato? Temmnu li dan il-player jista xi hadt bhalissa jhallas 100 miljun ghalih?
Nerga nigi ghal kolletiv ingenerali. It-tim taghna qed juri bic-car li m’huwiex kontinwu, li spiss jaqgha f’mumenti ta’ fragilita teknika u mentali, xi haga li ila ghaddejja stagun shih. Nammetti li s-sitwazzjoni li qeghdin fiha m’hiex wahda facli, ghalina s-sapporters ahseb u ara ghal players li jsibu ruhom bi 15 il-punt inqas u l-futur ma’ jafux x’ser jigri.
Fl-ahhar nett ma’ nistax naghlaq dan l-artiklu u ma’ nsemmix ix-xeneggata ridikola ta’ dak li suppost huwa player ta’ Juventus ghalkemm nahseb lanqas hu ma’ jaf kif wasal sa hawn! Qed nirreferi ghal Moise Kean, nibda mil-fatt li kulhadd qed isemmi ghax dahal fl-ahhar ftit u bla bla bla, tajjeb! Mela ghax il-kowc li huwa maghruf kemm idum jahsiba u jdahhalni fl-ahhar meta nidhol nkompli ngharraq lil shabi flok nipprova nghinom ftit! Dak ragunament!! Pero dawn huma u nibqa nghid sal-mewt il-konsegwenzi ta’ dirigenti u tmexxija irresponsabli li kellna u l-wirt li hallew warajom!
Nohlom u nittama li dawn it-tip ta’ individwi ghax lanqas insejhilom players ma’ narahomx aktar jilbsu l-flok taghna. Dan
Kean qieghed hemm ghaliex sempliciment jaghmel parti mil-famuza skuderija ta’ Raiola li biex itik prodott tajjeb kien igeghlek tiddabba b’xi bicca mbarazz li ma’ jkunx jaf fejn ser jaqbad jitfghu qisna tal-buy one and get the 2nd item halli tehlisni mill-istock!! U kellna ex-dirigenti li kienu jidhlu ghal dan it-tip ta’ deals bhal mazetti!
Jekk fadal nitfa serjeta fil-club qactuh il-barra mill-continassa issa stess pero skuzawni qed ninsa li din il-gimgha harget l-ahbar li Juventus diga hallsu 28 miljun li kellom ihallsu ghal Kean is-sajf l-iehor minghajr ma’ habbru xejn ghax fejn iridu il-miljuni jinstabu fil-kexxun (ghal xi bicca mbarazz bhal Kean) iva nsibu ir-rizorsi!
Izda lest nilghab il-flus li nhar il-hamis fl-Europa League narawh titolari qisu qatt ma’ gara xejn anzi wara jghidulna Kean huwa patrimonju ta’ Juventus u huwa l-futur ta’ Juventus! Ghax issa drajnihom it-teoriji tas-socjeta ukoll!
FORZA JUVE DEJJEM