Tinfetaħ is-sessjoni tax-xitwa tas-suq tat-trasferimentiby Matthew Scerri
Illum infetħet b’mod uffiċjali s-sessjoni tax-xitwa tas-suq tat-trasferimenti. Il-klabbs tas-Serie A se jkunu jistgħu jixtru, ibigħu u jisilfu plejers sal-31 ta’ Jannar.
Min-naħa tagħhom ma jidhirx li Juventus se jkunu qed jixtru lil ħadd f’Jannar. Qed jissemma ħafna li jista’ jitlaq McKennie jekk tasal offerta ta’ madwar 35-40 miljun Ewro. Jekk McKennie verament jinbiegħ għal fis-somma, allura Juventus ikollhom il-flus biex forsi jagħmlu investiment mal-linja fejn nafu li das-sajf x’aktarx jitilqu Cuadrado u Alex Sandro.
Matthew Scerri