Torino-Juventus 2-2by Aleandro Bartolo
Wirja oħra mill-aktar fqar u patetiċi fi staġun li kulma jmur qed isir dejjem iktar diżastruż. Għal darb’oħra Juventus ma kinux kapaċi jegħlbu tim tal-qiegħ. Għal darb’oħra kellhom wirja fjakka u batew kontra tim ta’ kwalità baxxa. Għal darb’oħra ma kienx ħaqqhom jirbħu l-partita. Għal darb’oħra morna minn taħt minħabba żball stupidu ta’ plejer minn tagħna. Kull darba li jilagħbu l-Juventus ikollna l-impressjoni li dan hu l-aħħar ċans li naqbdu l-ferrovija. Naħseb irridu nirrassenjaw ruħna għal il-ferrovija ilha li telqet dakinhar li tlifna kontra Fiorentina u ma ttiħdiux il-passi meħtieġa biex ikun salvat dan l-istaġun. Illum l-unika ħaġa li rridu nittamaw hu li jintemm dan l-istaġun malajr kemm jista’ jkun ħalli jkunu jistgħu jsiru l-bidliet meħtieġa f’kull qasam tal-klabb biex it-tim jieħu r-ruħ. Kif dejjem għidna, mhix kwistjoni li tirbaħ jew ma tirbaħx. Il-kwistjoni kollha hi li għandna kull dritt naraw lit-tim tagħna jagħti qalbu fil-grawnd u jagħmel dak kollu li hu possibbli biex jirbaħ. Wirjiet bħal dawk tal-lum huma biss daqqiet ta’ ħarta għall-imħabba li għandna lejn it-tim tal-qalb tagħna.
TORINO-JUVENTUS 2-2
Skurjaw: Chiesa (J), 2 Sanabria (T), Ronaldo (J)
Torino (3-4-1-2): Sirigu; Izzo, Bremer, Buongiorno; Vojvoda, Mandragora, Rincon (Lukic), Ansaldi; Verdi (Baselli); Belotti (Zaza), Sanabria. Kowċ: Nicola.
Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Chiellini, Alex Sandro (Rabiot); Kulusevski (Bernardeschi), Danilo (Ramsey), Bentancur, Chiesa; Morata, Ronaldo. Kowċ: Pirlo.
Referee: Fabbri.
Karti sofor: Ansaldi (T), Sanabria (T), Cuadrado (J), Rincon (T), Mandragora (T), Bernardeschi (J).
Matthew Scerri