Tribunal Spanjol b’sentenza kontra l-Uefa u l-Fifaby Matthew Scerri
It-Tribunal Provinċjali ta’ Madrid illum laqa’ l-appell dwar il-kwistjoni tas-sanzjonijiet li l-Uefa u l-Fifa kienu qed jheddu fil-konfront tat-timijiet involuti fil-ħolqien tas-Super League. Is-sentenza nqatgħet kontra l-Uefa u l-Fifa. It-Tribunal stabilixxa li l-Uefa u l-Fifa ma jistgħu jaħsbu li huma l-uniċi li jħaddnu l-valuri Ewropej, speċjalment meta dan kollu jservi ta’ skuża biex l-Uefa u l-Fifa jiddefendu l-monopolju tagħhom u jxekklu l-pjanijiet tal-ħolqien ta’ entità konkorrenti. Ġie nnutat anki li mhemm ebda regolatur li jikkontrolla l-operat tal-Uefa u tal-Fifa. It-Tribunal wissa’ lill-Uefa u lill-Fifa li ma jistgħux iwaqqfu lil min qed jippjana u jħejji s-Super League, u lanqas ma jistgħu jieħdu passi dixxiplinari fil-konfront ta’ min hu involut fit-twaqqif tas-Super League.
Matthew Scerri