UGIEGH IL-QALBby Pierre Borg
Hekk sar jigrili meta tasal partita tal-Juventus u nahseb li zgur hafna minnkom bhali, ghalkemm il-bierah onestament fil-bidu tal-partita bdejt nara ftit hegga aktar mis-soltu izda sfortunatament l-akkaniment minn naha arbitrali kompla bil-kbir meta wara biss 10 minuti minn azzjoni li bdiet minn fawl car daqs il-kristal wasal il-penalty li ergajna rajna ghal miljun darba li jezistu ligijiet ingenerali u mbaghad jezistu ligijiet ghal Juventus. Biss meta r-referee ra u iggudika li ma’ kienx penalty izda haga tal-meravilja jintervjeni mis-sala var u inkredibilment minghajr il-funzjoni tal-monitor gijel lir-referee jaghti l-penalty ghax dik hija l-aktar haga facli u moda bhalissa minghajr hadd ma’ jghidlek xejn fid-dubju iddeciedi dejjem kontra l-Juventus.
Izda sfortunatament apparti dawn l-episodji jkolli nibqa nirrepeti l-istess diskors u naqa dejjem fl-istess kritika ghaliex certa decizjonijiet tattici ma’ nistax naqbad tarf u nibda nifimom. Kultant apparti l-ghazliet diskutibli tal-kowc meta nara certa players li lanqas kapaci jaghtu mqar pass wiehed tajjeb jew jipprova jittanta jaghmel dribbling fuq avversarju u ntellghu ballun il-fuq li sirt nahseb jew li tant dahlet mentalita difensiva li mohhna biss biex nilghabu u nqasmu f-nofs pitch taghna jew illi l-players tant huma mdejjqin li nasal nghid qed jaghmlu apposta jew inkella dahal element kbir ta’ biza li kwazi lanqas meta naqsulna 15 il-punt ma’ rajtom hekk.
Apparti li ma’ nistawx nitilfu dawk ic-cansijiet kollha fejn stajna facilment morna fil-vantagg ghal darba darbtejn kemm fl-ewwel taqsima u anka fit-tieni permezz ta’ Fagioli li ghalkemm huwa player tajjeb qed ikun soft wisq u bhalu hemm aktar players li lanqas jithajru jintervjenu fuq avversarju kif ukoll intilfu okkazjonijiet cari minn Soule u anka Iling junior illi xorta bid-dhul tieghu kien determinanti u taghna nifs qawwi bil-velocita tieghu xi haga li ftit jew xejn naraw fit tim taghna. Biex ma’ nsemmix il-penalty porkerijja moghti minn Milik li letteralment qassam lil Skorupsky. Fortunatament gabar giehu bil-gowl tad-dro fit-tieni taqsima.
Xtaqt naqsam maghkom ghaliex qrajt hafna kummenti u opinjonijiet fuq li qalu Allegri wara l-loghba u kemm id-dirigenti jekk jistaw jissejhu dirigenti li hemm bhalissa fostom Francesco Calvo qabel il-partita. Il-kummenti ta’ Allegri drajnihom issa jipprova jsib ftit pozittiv biex jghatti n-negattiv u forsi anka jghatti xturu. Ezempju meta tisimghu jghid akkwistajna punt fuq Lazio jtik li tkisser it-tv! Imma nistaqsi nerga! Xi tridu jghid dan b’xi mod jrid jibqa jithallas tal-bqija tal-kuntratt, xi tridu jghid Calvo rigward il-konferma ta’ Allegri? Tghid mhux ha jghid minn issa li jista jtir minn hemm fis-sajf meta ghad fadal 6 loghbiet u semi final ewropeja! Pjuttost meta nisma konfermi u fiducja bhal daz-zmien ikun ifisser li bdiet it-triq ghal barra!
Jekk hu veru dan li qed jintqal mil-media li di Maria meta ra li setgha ma’ jkunx titolari kontra bologna u ivvinta ugiegh biex ma’ jigix mghajjat allura s-sitwazzjoni hija gravi u vera ma’ hemmx ghaqda wisq aktar fiducja fil-kowc u jekk hu minnu dan kollu nahseb is-sitt post li mar jghajjar bih 5 tijiem ilu ser jigi boomerang fuqu u fuqna kollha!! Hija hasra wara tant successi u glorja anka fl-amministrazjoni fejn konna l-ghira ta’ kulhadd u ghandna ghaliex f’kollox dejjem qabel kulhadd bi strutturi kbar u fantastici flok komplejna nikbru spiccajna writna tifrik, inkwiet u tkissir minghajr pjan u bi tmexxija xejn bil-ghaqal minn bniedem li tant nhobbu u kellna fiducja fih.
Nhar l-erbgha partita ohra, nharsu l-quddiem izda l-biza li tkun waslet ohra u li sirna nibzghu minn kulhadd saret normalita sfortunatament. Tirbah dejjem ma’ tistax fil-hajja imma hemm mod u mod kif tasal u tghaddi minn perjodi hziena. GHALIEX IMMA GHALIEX? Din id-domanda ghajjejt naghmila lili innifsi.
FORZA JUVE DEJJEM