Umiljazzjoniby Pierre Borg
Il-bierah kienet il-loghba li uriet realta kiefra jekk qatt kellna xi dubju f’liema stat jinsab it-tim taghna, ma’ hemmx kelma ohra sfortunatament hlief disaztru! Hsibna wara 8 rebhiet konsekuttivi ghalkemm wara l-waqfa xorta ergajna bdejna nuru loghob fqir u bhas-soltu minghajr ebda tip ta’ sistema imma ghalmenu bdew gejjin ir-rizultati li tellawna l-fuq fil-klassifika.
Fl-opinjoni tieghi li rajna l-bierah kien ilu gej ghaliex id-differenza bejna u bejn it-timijiet il-kbar hija wahda konsiderevoli u tidher cara kemm tattikament wisq aktar fizikament. Li Napoli huma tim b’sahhtu, veloci u organizzat ma’ skoprejiniehiex il-bierah, dawn ilom stagun shih juru dan il-loghob li ahna lanqas biss hlomnieh. Napoli qed juru maturita f’kollox specjalment wara t-telfa li kellom kontra Inter u kontra staguni ohrajn ma’ waqawx fl-istess paniku izda urew mentalita soda u irritornaw ghar-rebh u l-bierah iddominawna mil-bidu sa lahhar.
Ma tistax minn naha taghna ma’ tikkritikax! Kif ghidt diga din ila gejja u r-ragunijiet huma bosta. Ninsabu fi stat li t-tim ilu jirrifletti s-sitwazzjoni socjetarja. Dan hu rizultat ta’ dawn l-ahhar snin ta’ decizjonijiet hziena, tmexxija diletanteska b’hafna paroli izda fatti zero.
Nibdew mill-umiljazzjoni tattika tal-bierah (mhux il-bierah biss!). Kif qatt nistghu nibqghu sejrin bl-istess monotonijja li nhallu l-avversarji fuqna il-hin kollu u nitolbu li nsibu ballun ahna u namministraw! Kif qatt tista tibbaza fuq sistema 3-5-1-1 meta ma’ ghandniex players ta’ stoffa mal-linji? Kif qatt tista kull player ta’ kwalita bhal Chiesa u di Maria tobbligahom isiru full backs? Kif qatt tista tibda taghmel tibdiliet wara li l-partita kienet mitlufa lesta? Kif qatt jista jkollok il-wicc illi waqt l-umiljazzjoni iddahhal liz-zghazagh go infern biex tumilja lilom ukoll? Jekk ghandek l-attributi ilghabhom flok xi erba mudelli li tilghabom dejjem u ma’ jiswewx karlin hlief ghal qziz u paroli fuq is-social media!
Allegri huwa dak il-kowc illi nkluz jien, biex ma’ noqghodx ninheba, li kont nemmen li jista jerga jigwidana lejn stabilita u sodizza izda bhal hafna mort zmerc bil-kbir u illum nghid illi ghandu parti kbira mir-responsabilta ta’ dan id-dizastru!
Fi kwazi sentejn falla tattikament (qatt ma’ ta’ idea cara ta’ sistema). Falla fizikament(players taghna fejn timijiet ohra specjalmant fl-ewropa tahsibom trakkijiet tal-gebel). Falla mentalment (motivazzjoni u mentalita ta’ xejn anzi nibzaw minn kulhadd anka mil-makabi haifa).
Izda bil-fatti laktar li falliet f’kull sens kienet id-dirigenza u l-propjeta li flok kompliet tikber u titfa lil clubs l’ohra il-boghod f’kollox minnha, b’irresponsabilta kecciet il-bniedem li kien l-uniku li jaf sew il-loghba u responsabbli finanzjarment u halliet erba irresponsabbli jaghmlu herba u ergajna spiccajna fit-tajn!
Nerga nigi ghal kowc. Il-bierah jekk innutajtu Napoli kinsuna fuq il-linji, u Allegri dak li ried il-konferma ta’ de Sciglio!!! Dak li jilghab 2 loghbiet fi stagun kellu jnizzel lil Kostic full back biex qaleb difiza ghal erba u Napoli ghamlu xalata minn fuqu! Kif qatt minn wara Lichtsteiner u Asamoah u ohrajn fostom Cancelo taghmel snin tillapazza bl-imbarazz, tehleb lil Cuadrado ghal snin u ma’ iggibx full back ta’ stoffa ?!
Sfortunatament sa hawn wasalna ghax jekk taqbad issemmi aktar ma’ nieqfux. Haga wahda hi certa li ahna ma’ jixirqilniex hekk izda wara it-tim dejjem, nhobbu lil Juventus dejjem specjalment issa f’dan l-infern ghax kif hi r-realta, il-Juventus hija ahna u hadt aktar ghax is-sapporter ihobb vera, isofri ta’ vera, il-players u dirigenti jigu u jmorru, ahna ghal dejjem.
FINO ALLA FINE