Verona-Juventus 1-1by Aleandro Bartolo
Juventus kisbu punt f’dar Verona. Il-wirja Bianconera reġgħet kienet simili għal dawk li rajna fl-aħħar ħarġiet. It-tim qed jagħżel li jikkontrolla kemm jista’ l-logħba u jagħlaq l-ispazji fuq wara għall-avversarji. B’dan l-istil ta’ logħob Juventus qed ikunu xi ftit difensivisti żżejjed u allura l-attakk qed ibati xi ftit. It-im mhuwiex jilgħab ħażin, biss nemmnu li Pirlo jista’ jagħti xejra kemxejn iktar offensiva lit-tim. Veru li hemm ħafna plejers importanti barra bħalissa u li fl-attakk prattikament għandna lil Ronaldo biss, però partiti bħal dik tal-lejla trid tirbaħha akkost ta’ kollox jekk trid verament jimmira għar-rebħ tal-kampjonat. Li nibqgħu naraw l-istess affarijiet ġimgħa wara l-oħra ma jixhed xejn tajjeb għall-kumplament tal-istaġun. Mentalment it-tim dis-sena jidher li ħa daqqa lura. L-inkonsistenza, in-nuqqas ta’ playmaker u l-iżbalji meta ntellgħu l-ballun minn wara huma l-leitmotiv ta’ dan l-istaġun. Jekk irrid nagħtu żvolta lill-istaġun, Pirlo jrid jara kif se jsolvi malajr kemm jista’ jkun dal-problemi.
VERONA-JUVENTUS 1-1
Skurjaw: Ronaldo (J), Barak (V)
Verona (3-4-2-1): Silvestri; Magnani, Gunter, Lovato; Faraoni (Dawidowicz), Ilic (Veloso), Sturaro (Vieira, Dimarco (Lazovic); Barak, Zaccagni (Bessa); Lasagna. Kowċ: Juric.
Juventus (3-5-2): Szczesny; Demiral, De Ligt, Alex Sandro; Chiesa, Bentancur, Rabiot, Ramsey (McKennie), Bernardeschi; Kulusevski, Cristiano Ronaldo. Kowċ: Pirlo.
Referee: Maresca.
Karti sofor: Ramsey (J), De Ligt (J) Barak (V), Dawidowicz (V).
Matthew Scerri